One News – Page 2665 – One News

One News

Notifiki

Jittajjar żagħżugħ f’Birkirkara

Ftit tal-mumenti ilu ttajjar żagħżugħ fi Triq Ġan Anton Vassallo, Birkirkara. Iż-żagħżugħ, aktarx mill-Bangladesh, ittajjar minn karozza tat-tip Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħal Qormi. Il-karozza msemmija kellha wkoll impatt ma’ van tat-tip Ford li kien ipparkjat.

Iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Aqra aktar

X’differenza minn sempliċi roundabout!

Fl-aħħar snin, kważi ma sarx proġett wieħed fir-Rabat li ma kienx imxekkel minn sejbiet arkeoloġiċi. L-istess ġara  bil-bini taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Konservazzjoni tal-ilma, li se jwassal ukoll għar-rigenerazzjoni taż-żona tan-Nigret fir-Rabat.

Sa fl-aħħar, wara li nbidlu l-pjanijiet minħabba sejba storika, ix-xogħlijiet fuq il-parti t’ isfel taċ-ċentru qabdu ritmu tajjeb. L-aċċess għal dan iċ-ċentru se jkun miż-żona tal-binjiet tal-gvern u ser joffri żona ta’ rikreazzjoni għar-residenti tal-istess bini.

Aqra aktar

Chairperson ġdid għall-Kummisjoni dwar il-Vjolenza Domestika

Joseph Gerada kien maħtur bħala Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika. Dan filwaqt li l-Att dwar il-Vjolenza Domestika se jsir Att dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika. 
  
Iċ-chairperson ġdid intgħażel fil-kuntest li l-gvern qed jaħdem fuq il-linji tal-kampanja HeForShe tan-Nazzjonijiet Magħquda.  
L-għan tagħha hu li jkun hemm is-sehem tal-irġiel u tas-subien bħala l-aġenti tal-bidla kontra l-inugwaljanzi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet, fosthom dawk ġejjin mill-vjolenza fuq in-nisa.

Festi, folol u ħarsien kontra kull għawġ

Għadu kemm għalaqna ġimgħa xejn isbaħ minn ta’ qabilha, bi kriminali imġienen jiġru mas-saqajn fejn jaħsbu li jsibu l-folol. Munich, għalkemm fuq skala iżgħar, xejn ma kien isbaħ minn Nizza li ma kienetx isbaħ minn ta’ qabilha f’dawn l-aħħar sentejn. L-Ewropa tidher taħt attakk konsistenti minn individwi, gruppi spirati minn Daexx (ISIS) li ssikkata kif inhi fit-territorju tagħha tidher qed tiżvoga, iddisprata, fuq kommunitajiet innoċenti, inkluż nisa, tfal u anzjani. Gwerra inġusta f’għajnejn ħafna, għax mhux qed tattakka miri militari. Imma fil-gwerer qatt ma ssib ġustifikazzjoni raġonevoli.

Copycat crime

Skont il-listi kollha ta’ prekawzjoni li rajt dawn l-aħħar xhur Malta tidher l-unika destinazzjoni fiż-żgur fil-Mediterran iżda dan m’għandux għax iserrħilna moħħna li qatt hu se jinqala’ xejn, allavolja nitolbu li hekk ikun għal dejjem. Dak li jistgħu ma jagħmlux terroristi radikalizzati mil-Lvant jista’ jseħħ minn xi ħadd li ma jkunx f’siktu u allaħaresqatt jitħajjar fis-sens ta’ copycat crime.

Aqra aktar

KAŻ TA’ BŻONN: ommijiet jgħinu biex it-tfal jinqabdu tqal

Kollox jindika li kampanja Daniża sabiex tiżdied ir-rata ta’ twelid qed tħalli l-frott. Dan is-sajf mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena li għaddiet.

Waħda mill-kampanji saħansitra inkoraġġiet lill-ulied jagħmlu t-tfal, bl-islogan “għamilha għal ommok” – ċioe għamilha nanna.

Il-kumpanija Spies Travel ħarġet dan il-filmat li kien intwera’ fuq l-istazzjoni televiżiv nazzjonali Daniż lura f’Settembru 2015. Araw x’taħsbu:

Aqra aktar

Iridhom arrestati 30 jum mingħajr akkuża

Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan ordna li jiżdied il-perjodu li fih suspettat jista’ jinżamm arrestat mingħajr akkuża. Fil-fatt, suspettat se jkun jista’ jinżamm sa massimu ta’ tletin ġurnata.

Mhux biss iżda Erdogan ordna wkoll li jingħalqu elf skola privata u mal-elf u mitejn assoċjazzjoni. Dan kollu wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-ġimgħa li għaddiet, li ma kellux suċċess.Aqra aktar

Dettalji dwar il-qattiel ta’ Munich

Dak li qatel disa’ persuni fi Munich kien iffissat fuq qtil tal-massa u hemm rabta ovja mal-qtil fin-Norveġja minn Anders Behring Breivik. Huwa kien ingħata għajnuna psikjartika għaliex kien bata minn dipressjoni.

Dan qed tgħid l-Pulizija Ġermaniża, li wara li wettqet tfittxija fl-appartament taż-żagħżugħ, sabet materjal bil-miktub dwar l-attakki li wettaq.

Aqra aktar

Anzjan imtajjar minn mutur u midrub gravi

 

Anzjan ta’ 72 sena, residenti l-Marsa ntlaqat minn mutur misjuq minn ġuvni ta’ 25 sena, residenti Ħal Qormi.

Dan seħħ illum, għall-ħabta tad-09:30hrs fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

L-anjzan ittieħed l-isptar Mater Dei permezz tal-ambulanza, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun għadhom għaddejjin.

Waqa’ aktar minn sular u spiċċa mixħut f’għalqa fir-Rabat

 

Żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħal Lija jinsab f’qagħda kritika wara li aktarx waqa’ għoli ta’ madwar nofs sular mit-triq u spiċċa mixħut f’għalqa r-Rabat.

Kien dalgħodu għall-ħabta tal-10:15 li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. L-informazzjoni daħlet minn persuna li kienet għaddejja fl-inħawi, li qalet li ż-żagħżugħ kien jidher mitluf minn sensih.  Ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

Trabijiet li qed idejqu lil tal-Iklin

Ir-residenti tal-Iklin jinsabu irrabjati għall-inkonvinjent li qed joħloq parkeġġ fi Triq San Mikiel, b’numri ta’ persuni jilmentaw kif it-trabijiet li qed joħorġu minnu wasslu għal sensiela ta’ mard respiratorju tul is-snin. Xi ħaġa li għal snin twal, ilhom jitolbu azzjoni mis-Sindku tal-lokalità iżda dawn l-ilmenti dejjem waqgħu fuq widnejn torox.

Ir-residenti qasmu dawn l-ilmenti mal-midja waqt konferneza ta’ l-aħbarijiet indirizzata mis-Sindku, li matulha kien qed joġġezjona kif art pubblika ingħatat b’encroachment mill-Gvern lill-privat. Dan ifisser li l-Gvern jista jieħu lura din l-art meta jrid. Is-sindku Anthony Dalli qal li jixtieq progġett fejjiedi f’din iż-żona, u b’hekk tinbidel għal park rikreattiv flimkien ma parkeġġ taħt l-art.

Aqra aktar

Send this to a friend