One News – Page 2663 – One News

One News

Notifiki

Charter biex tintilef inqas fil-kurituri tal-qorti

Il-proċess tal-qrati jaf ikun ikumplikat għall-individwu li jfittex rimedju għall-inġustizzja li jkun sofra. Għaldaqstant il-Ministeru għall-Ġustizzja nieda Charter għaċ-ċittadini li jużaw is-servizzi tal-Qorti kif ukoll ġabra ta’ drittijiet li joħorġu mil-liġijiet tagħna. Din kienet wegħda oħra mill-manifest elettorali u parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern għal riforma fil-qasam tal-Ġustizzja.

Aqra aktar

“Miraklu hux, kind of!” – Bjorn Formosa

Meta Bill Gates, b’mod delikat, ġibed ħabel aħmar u abjad biex jixħet fuq rasu barmil mimli ilma bis-silġ, ftit ħasbu fil-motor neuron disease.

Iżda l-Ice Bucket Challenge, kampanja li nxterdet f’kemm ilna ngħidu fl-2014, ħalliet ħafna persuni famużi jtertru: Mark Zuckerberg, George W. Bush…anke Joseph Muscat u Simon Busuttil!

Permezz ta’ dik l-inizjattiva inġabru aktar minn $115 mijlun f’xahar wieħed.  B’hekk xjentisti għandhom żewġ affarijiet: il-fondi u r-rieda li jsibu kura, u donnhom jinsabu ftit iktar qrib. L-ewwel li għamlu kien li identifikaw tipi differenti ta’ ALS. Kmieni din il-ġimgħa, xjentisti mill-Università ta’ Massachusetts ħabbru li skoprew tip ta’ gene, magħrufa bħala NEK1, li se tgħin biex tkun żviluppata terapija għal ċertu forom tal-ALS.

Dwar dan tkellimna mal-Malti Bjorn Formosa, li għandu l-ALS u li qed jikkampanja kemm jiflaħ sabiex il-poplu jifhem xi tfisser din il-marda.

Aqra aktar

Iddentifikat it-tieni qattiel

Prosekuturi Franċiżi identifikaw it-tieni raġel li qatel qassis fi knisja fi Franza nhar it-Tlieta li għadda bħala Abdel Malik Petitjean, li kellu dsatax-il sena.

Huwa mifhum li dan ilu mfittex mill-ġimgħa l-oħra wara li rċivew informazzjoni li kien qed jippjana attakk.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru maċ-champions

 Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius iltaqgħu ma grupp ta’ atleti li riċentament rebħu kampjonati Ewropej prestiġġjużi f’oqsma sportivi differenti.

L-atleti li laqa’ il-Prim Ministru Muscat kienu Nathan Lee Xuereb li rebaħ il-kampjonat Ewropew tad-double trap fl-Italja, l-iskwadra tar-rugby tal-irġiel li rebħu l-kampjonat fl-Ungerija, it-tim tan-nisa tar-rugby li rebħu l-kampjonat fil-Bosnia, u Helene Pellicano, l-ewwel atleta Maltija il-Junior European Championships fit-tennis.

Aqra aktar

Ħabs u multa waqt li qiegħed fuq btala

Ingliż minn Reading li jinsab f’Malta fuq  btala tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq passiġġier u li ma ħax it-test tal-breathalyser wara inċident tat-traffiku jumejn ilu. Huwa ingħata sentenza ta’ għaxar xhur ħabs sospiża għal sentejn u kien ordnat iħallas €1,200 talli ma ħax test tal-breathalyser.

Aqra aktar

Ritorn mill-isbaħ

Bit-titjira EK109 minn Dubai, waslu ċ-ċiklisti li kienu protagonisti fit-18–il edizzjoni tal-LifeCycle Challenge. L-isfida din id-darba ħadithom iż-Żambia, b’ħamsa minn għaxar ċiklisti jlestu din l-isfida b’suċċess.

Mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqgħuhom il-familjari li kienu qed jistennewhom ħerqana wara ġimgħatejn jistennewhom fuq ix-xwiek.

Aqra aktar

Send this to a friend