One News – Page 2662 – One News

One News

Notifiki

Sagrifiċċju b’sodisfazzjon kbir

Għarqana xraba, f’temperaturi li jlaħħqu il-35 grad, iżda mimlijin enerġija pożittiva, bi tbissima u magqudin bħala tim wieħed b’aspirazzjoni waħda. 

Żorna l-maratona għall-ħabta tat-3 p.m. fejn sibna żewġ timijiet jilagħbu kontra xulxin fi spirtu sportiv biex ikomplu jinġabru flus għall-kawża ġusta, biex tinbena dar residenzjali ġdida għal nies b’diżabilità.

M’hemmx età speċifika, hemm biss rieda qawwijia.Aqra aktar

Stop it, Simon!

Issa għadni kemm dħalt id-dar mill-għaxra tal-Ħadd imqaddes filgħodu. Is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Moħħi mnixxef, bil-ġuħ u għajjien mentalment. Mmmm. Naf wieħed moħħu niexef, bil-ġuħ tal-poter akkost ta’ kollox u għajjien u fjak fl-argumenti tiegħu. Imma nsomma. Ma nibdewx.

Ma kienux is-seba’ gażżetti li nixtri kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Kif dort il-kantuniera kienet hemm tistenna, idejha marbutin, fuq banketta, ttektek il-karkur mal-ġebla tal-franka tal-għatba… tik tik tik .. tik tik tik.

Aqra aktar

1,050 Pulizija fid-distretti

Bħalissa hemm aktar minn 1,050 Pulizija li qegħdin iservu fid-distretti f’Malta u Għawdex. Numru li jindika l-ogħla numru ta’ Pulizija fil-komunità fl-aħħar snin, biż-żieda indikata tkun ta’ madwar 105 Pulizija fid-distretti fl-aħħar ħames snin. Aqra aktar

Jaqa’ f’gandott!

Sewwieq ta’ 34 sena minn Bormla, jista’ jgħoddha b’waħda wara li waqa’ f’gandott bil-karozza tiegħu viċin ir-roundabout ta’ Ħaż-Żabbar, Triq il-Kottonera, fejn bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Ir-raġel iddaħħal l-isptar iżda. S’issa l-kunidizzjoni tiegħu mhix magħrufa.

Ingliż il-Qorti wara li darab Pulizija

Thomas Morrison, Ingliż ta’ 18-il sena instab ħati li darab u hedded pulizija u kkawżalu ħsara fuq oġġetti personali.

Huwa weħel ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin u multa ta’ €4,000.

Il-ġuvni bħalissa jinsab btala f’Malta u qed joqgħod il-Mellieħa.Aqra aktar

Buffon imbikkem

Ma’ tmiem il-partita tal-bieraħ, il-captain tat-tim nazzjonali Talajn Gianluigi Buffon kien imbikkem wara li l-Ġermanja elimant lill-pajjiżu mill-EURO2106 wara l-għoti tal-penalties. Il-gowler, ta’ 38 sena, faħħar il-wirja tat-tim tiegħu u jittamma li jibqa’ jagħti sehmu mat-tim Taljan anke fil-preparamenti għall-edizzjoni tal-World Cup ta’ sentejn oħra.Aqra aktar

Jaqa’ ħajt fil-Belt … persuna tittieħed l-isptar

Għall-ħabta ta’ 11.45 a.m., ċeda ħajt tal-konkos, parti minn dar fi triq il-Kavallieri li tagħmel parti ma’ Triq Zekka, fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwwel investigazzjonijiet tagħha irriżulta li waqt li raġel ta’ 47 sena imwieled il-Maċedonja u residenti l-Gżira kien qed jagħmel xi xogħol fir-residenza safa midrub wara li ntlaqat minn ħajt tal-konkos li għal xi raġuni ċeda.Aqra aktar

“Idejna fuq il-polz tal-poplu”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wiegħed li dan il-Gvern se jkompli jżomm idejh fuq il-polz tal-poplu.

F’attività politika f’Birkirkara qal li l-Gvern mhux se jistrieħ biss fuq is-suċċessi mwettqa s’issa. Jifhem li għad hawn min għadu lura u li l-ġid mhux jintlaħaq minn kulħadd.

B’referenza għall-baġit li ġej, il-Gvern qal li se jkunu qed jagħti spinta lill-ekonomija u lil dawk li jilfħu lanqas.Aqra aktar

Send this to a friend