One News – Page 2660 – One News

One News

Notifiki

Il-PA b’Mobile App b’informazzjoni immedjata

L-Awtorità tal-Ippjanar nediet Mobile App, Planning MT, li se tippermetti lill-pubbliku li jara u jagħmel użu minn informazzjoni relatata ma’ applikazzjonijiet ta’ ppjanar u infurzar, filwaqt li turi dettali u l-istatus rilevanti b’mod intuwittiv skont il-lokalità tagħhom. Din l-applikazzjoni, li hi bbażata fuq mappa, se tipprovdi wkoll il-faċilità lil min jużaha biex jirraporta illegalità fi żviluppi u jtella’ ritratt mittieħed bl-istess mowbajl. Aqra aktar

Id-Dog Friendly Beach ta’ Baħar iċ-Ċagħaq jerġa’ jinfetaħ

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li wara li saru ix-xogħlijiet neċċessarji mill-Awtorità għat-Trasport biex jiġi evitat li jiskula xi ilma mis-sistema tal-ilma tax-xita u wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tad-Dog Friendly Beach f’Baħar iċ-Ċagħaq qed terġa’ tiġi miftuħa għall-użu minn dawk li jixtiequ jieħdu l-klieb tagħhom jgħumu f’din iż-żona.

Rekords ta’ għasafar li qed ibejtu fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta

BirdLife Malta qed tiċċelebra numru ta’ rekords ġodda ta’ għasafar li qed ibejtu fir-riservi tagħha, fosthom ir-rekord ġdid ta’ Fras-servjenti (Black-winged Stilts) li din is-sena bejtu fir-Riserva Naturali tal-Għadira minn meta ġiet osservata l-ewwel preżenza ta’ dan l-għasfur fl-2008.

Din hija speċi meqjusa bħala flagship għal Malta li tbejjet esklussivament fir-riservi naturali mmexxija minn BirdLife Malta.Aqra aktar

Ta’ ħames snin tirrappreżenta lil Malta u tirbaħ!

Layla Pulis għandha biss ħames snin. Tifla gustuża mill-Belt Vallett li rrappreżentat lil Malta f’festival tal-kant li sar Spanja.

Is-sezzjoni kienet miftuħa għal tfal ta’ bejn s-sitt snin u d-disa’ snin, iżda għalkemm Layla għandha biss ħames snin, mhux talli pparteċipat, talli ġiet l-ewwel. Ipparteċipaw żewġ Maltin oħra – waħda minnhom kisbet it-tieni post u oħra ġiet il-ħames.

Aqra aktar

Tmiem ir-Ramadan imdemmi

Pulizija nqatel u minn tal-inqas għaxar persuni oħra weġġgħu waqt ċelebrazzjoni tat-tmiem tar-Ramadan. Dan wara li persuni attakkaw bi sparaturi u bombi, grupp li nġabar għat-talb f’Bangladesh.

Aktar minn tliet mitt elf prattikant kienu qed jitolbu f’żona msejjħa Sholakia, mal-mitt kilometru mill-Grigal ta’ Dhaka, fejn beda l-attakk.Aqra aktar

Iktar minn nofs b’marka fuq is-70 fil-Benchmark

Nofs l-istudenti li għamlu l-eżerċizzju tal-benchmark 2016 kisbu 73 marka jew aktar fil-Malti u fl-Ingliż u 78 marka jew aktar fil-Matematika.

Il-benchmark din is-sena sar fl-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju, fi 62 Skola Primarja tal-Istat, 22 skola Primarja tal-Knisja u 7 skejjel Primarji Indipendenti. Kien hemm 1,682 tifel (46%) u 1,945 tifla (54%), b’total ta’ 3,627 student u studenta li daħlu għal din l-esperjenza. Dan in-numru jirrappreżenta 93% tal-istudenti kollha li setgħu jagħmlu l-benchmarkAqra aktar

Jinqatel raġel ieħor ta’ karnaġjon skur

Raġel ta’ karnaġjon skur inqatel mill-pulizija wara sparatura fl-istat Amerikan, Minnesota wara li komplew il-protesti hekk kif il-pulizija qatlu raġel iswed f’Louisiana. Philando Castile inqatel fil-karozza tiegħu u l-mewta tiegħu waslet wara dik ta’ Alton Sterling, li nqatel wara sparatura mill-pulizija waqt inċident it-Tlieta li għadda. Kienu mijjiet il-persuni li pprotestaw għal żewġ iljieli sħaħ wara l-qtil ta’ Sterling. Dawn iż-żewġ imwiet waslu għal dibattitu nazzjonali dwar l-użu tal-forza.

Mużewijiet fiċ-Ċittadella miftuħa b’xejn waqt ‘Swar u Ħajja’

Mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas waqt l-attivitá ‘Swar u Ħajja’

Minbarra l-opportunità li jżur u jgawdi x-xogħol ta’ restawr li sar fuq iċ-Ċittadella, nhar is-Sibt li ġej il-pubbliku se jkollu l-opportunità wkoll iżur b’xejn il-mużewijiet u s-siti storiċi ta’ Heritage Malta f’din il-belt storika waqt l-attivitá ‘Swar u Ħajja’. Din l-inizjattiva hija parti mill-attivitajiet kulturali li se jkunu qegħdin jiċċelebraw il-programm estensiv ta’ restawr u tisbiħ fuq din il-belt storika Għawdxija.Aqra aktar

”Il-GWU katalista li timmotiva lill-Gvern”

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona faħħar is-sehem tal-General Workers’ Union li hija union attiva u qed tieħu rwol ta’ kattalista li timmitova lill-Gvern kif jista’ jtejjeb dejjem aħjar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Dan qalu f’laqgħa li kellu mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja.

Cardona tkellem dwar il-ġlieda tal-gvern kontra l-prekarjat. Faħħar is-sehem tal-GWU fil-ġlieda tagħha kontra l-prekarjat.

Aqra aktar

Send this to a friend