One News – Page 2659 – One News

One News

Notifiki

It-tim nazzjonali tan-nisa tal-basketball jirbaħ id-deheb

It-tim nazzjonali tan-nisa tal-basketball rebaħ il-Kampjonat Ewropew FIBA għall-Pajjiżi Żgħar 2016. Huma għelbu lil Moldova fis-semifinali, u aktar kmieni fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni rebħu lil Andorra u Ġibilita’.
Fil-finali, rebħu lill-Irlanda bi skor ta’ 67-59. Fl-aħħar tmien edizzjonijiet tal-istess Kampjonat, it-tim Nazzjonali tan-nisa tela’ fuq il-podju 7 darbiet u din hija t-tielet midalja tad-deheb wara dawk tal-2008 u l-2010.

Aqra aktar

Sagrifiċċju b’sodisfazzjon kbir

Għarqana xraba, f’temperaturi li jlaħħqu il-35 grad, iżda mimlijin enerġija pożittiva, bi tbissima u magqudin bħala tim wieħed b’aspirazzjoni waħda. 

Żorna l-maratona għall-ħabta tat-3 p.m. fejn sibna żewġ timijiet jilagħbu kontra xulxin fi spirtu sportiv biex ikomplu jinġabru flus għall-kawża ġusta, biex tinbena dar residenzjali ġdida għal nies b’diżabilità.

M’hemmx età speċifika, hemm biss rieda qawwijia.Aqra aktar

Stop it, Simon!

Issa għadni kemm dħalt id-dar mill-għaxra tal-Ħadd imqaddes filgħodu. Is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Moħħi mnixxef, bil-ġuħ u għajjien mentalment. Mmmm. Naf wieħed moħħu niexef, bil-ġuħ tal-poter akkost ta’ kollox u għajjien u fjak fl-argumenti tiegħu. Imma nsomma. Ma nibdewx.

Ma kienux is-seba’ gażżetti li nixtri kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Kif dort il-kantuniera kienet hemm tistenna, idejha marbutin, fuq banketta, ttektek il-karkur mal-ġebla tal-franka tal-għatba… tik tik tik .. tik tik tik.

Aqra aktar

1,050 Pulizija fid-distretti

Bħalissa hemm aktar minn 1,050 Pulizija li qegħdin iservu fid-distretti f’Malta u Għawdex. Numru li jindika l-ogħla numru ta’ Pulizija fil-komunità fl-aħħar snin, biż-żieda indikata tkun ta’ madwar 105 Pulizija fid-distretti fl-aħħar ħames snin. Aqra aktar

Jaqa’ f’gandott!

Sewwieq ta’ 34 sena minn Bormla, jista’ jgħoddha b’waħda wara li waqa’ f’gandott bil-karozza tiegħu viċin ir-roundabout ta’ Ħaż-Żabbar, Triq il-Kottonera, fejn bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Ir-raġel iddaħħal l-isptar iżda. S’issa l-kunidizzjoni tiegħu mhix magħrufa.

Ingliż il-Qorti wara li darab Pulizija

Thomas Morrison, Ingliż ta’ 18-il sena instab ħati li darab u hedded pulizija u kkawżalu ħsara fuq oġġetti personali.

Huwa weħel ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin u multa ta’ €4,000.

Il-ġuvni bħalissa jinsab btala f’Malta u qed joqgħod il-Mellieħa.Aqra aktar

Send this to a friend