One News – Page 2658 – One News

One News

Notifiki

15-il sejba suspettuża f’Kordin din is-sena

Mill-ewwel jum ta’ din is-sena  sal-lum kien hemm 15-il każ ta’ sustanza suspettata li hi projbita u li nstabet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jew waqt li kienet qed tiddaħħal fil-Faċilità.

Din ħarġet minn mistoqsija parlamentari li għamel id-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami lill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru spjega li kull każ ġie riferut lill-Pulizija għall-analiżi tas-sustanza u fejn irriżulta li din kienet droga jew sustanza pprojbita, biex il-Pulizija tieħu l-passi dixxiplinari kontrihom skont il-każ rispettiv.

Gvern li jemmen f’iktar libertà – oppożizzjoni li tirreżisti l-bidla

Fil-kamra tad-deputati ilbieraħ ħarġet biċ-ċar distinzjoni netta bejn Gvern li huwa miftuħ għal-libertà tal-espressjoni, speċjalment dik artistika, u Oppożizzjoni li sal-aħħar baqgħet iġġib argumenti u tivvota kontra l-Gvern, sabiex liġijiet antiki li llum gew superati b’liġijiet u direttivi Ewropej iktar moderni jibqgħu fis-seħħ b’detriment għall-avvanz artistiku u kulturali ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Żewġ żgħażagħ l-isptar wara ħabta f’Birkirkara

Ħabta bejn vann Isuzu misjuq minn ġuvni ta’ 27 sena u Taxi tal-għamla Peugeot misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena waslet biex iż-żewġ xufiera jiddaħlu l-isptar isofru minn ġrieħi għalkemm kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonfermat li ħadd minnhom mhu fil-periklu tal-mewt. Il-każ seħħ dalgħodu f’Birkirkara.

 

Aqra aktar

Kienet tibża’ mill-allegat qattiel

Il-qattiel ta’ Eleanor Mangion Walker kellu bżonn l-għajnuna biex ħadha fil-maħżen fejn instabet bla ħajja l-Ħadd bil-lejl.

Dan kien stabbilit meta kompliet tintensifika l-investigazzjoni tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-qtil li ħasad lil ħafna.

Jidher li l-investigaturi huma għalkollox konvinti li l-mara ma nqatlitx fuq il-post, iżda ttieħdet hemm meta kienet diġà mingħajr ħajja. Dan wara li qalgħet daqqiet f’rasha, kif stabbilit fl-awtopsja li riżultat tagħha ħareġ il-Ħadd.Aqra aktar

Carmen Ciantar tinħatar CEO tal-FMS

Carmen Ciantar inħatret Chief Executive Officer tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) b’effett immedjat.

Is-Sinjura Ciantar kisbet il-Baċċelerat fil-Kummerċ mill-Università ta’ Malta fl-1993. Hi kisbet Post Graduate Course fl-Edukazzjoni, Diploma fil-Managment mill-Henley Institute of Managment u fl-2013 kisbet il-Masters. Fost lir-rwoli li kellha s-Sinjura Ciantar, kienet Chief Executive Officer tal-ARMS, Uffiċjal Eżekuttiv fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, kif ukoll numru ta’ pożizzjonijiet maniġerjali ma’ kumpaniji privati.

Is-Sinjura Ciantar, kellha wkoll pożizzjonijiet ta’ lecturer f’diversi istituzzjonijiet fosthom il-Malta Training Center, l-Istitut tal-Istudji Turistiċi u l-Università ta’ Malta.

Pulse tinnota kemm kien għaqli tistenna qabel titkellem

L-għaqda studenteska Pulse laqgħat bi pjaċir id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla dwar l-Università Amerikana f’Malta. Wara xhur ta’ due diligence, ingħatat liċenżja biex tibda topera minn pajjiżna bħala Università.

Pulse innota li dan kollu jġib fix-xejn stqarrija li kien għamel il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), li malajr kien iddikjara li l-Università Amerika mhix Università, għalkemm il-proċess ta’ akkreditazzjoni kien għadu għaddej.

Aqra aktar

Mit-triq għal fuq il-promenade

Karozza tat-tip Volkswagen Beetle kienet qed tinstaq fi Triq Għar id-Dud, għal xi raġuni din baqgħat tielgħa fuq il-promenade fi Triq it-Torri u kellha impatt ma’ bank.  Bil-qiegħda fuq il-bank kien hemm raġel Olandiż ta’ 81 sena u mara Belġjana ta’ 19-il sena.Aqra aktar

HSBC ordnat iħallas €603,000 lill-werrieta ta’ eksimpjegata

Il-Qorti ordnat li werrieta ta’ eksimpjegata tal-HSBC jingħataw is-somma ta’ €603,000. Dan wara li l-istess Qorti sab lil bank inkwistjoni ħati ta’ ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema.

Il-każ imur lura għall-2004 meta l-impjegata Johanna Abela li llum hija mejta wara li mardet bil-kanċer waqt battalja legali mal-HSBC, kienet tokkupa l-kariga ta’ manager fil-bank. Hija kienet ġiet sospiża b’mod indefinit mill-bank u sussegwentament bord intern tad-dixxiplina sabha ħatja u niżżilha fil-grad.Aqra aktar

Il-Belt Valletta kif qatt ma rajtha!

Il-Belt kapitali ta’ Malta ispirat artist magħruf li saħansitra ħadem fuq il-films popolari Interstallar u Inception.

Wara li żar pajjiżna biex jipparteċipa fl-avveniment Malta Comic Con, Gabriel Hardman baqa’ impressjonat bix-xeni tal-Belt Valletta. Kien propju dan li wasslu juża x-xeni Maltin fis-seba’ edizzjoni tas-serje ta’ comic books bl-isem ta’ Invisible Republic.Aqra aktar

14-il xahar ħabs talli traffika l-kokaina malli ħareġ

Somalu ta’ 30 sena reġa ntbagħat 14-il xahar ħabs wara li ammetta li ttraffika l-kokaina f’Paceville. Huwa ġie arrestat fis-26 ta’ Ġunju, ftit tal-ħin wara li ħareġ mill-ħabs, wara li skonta sentenza fuq serq.

Il-pulizija arrestat lis-Somalu wara li l-imġieba tiegħu qanqlet suspett. Wara tfittxija li saret fuqu nstabu tliet qratas bil-kokaina, li l-akkuzat kien se jbiegħ għal €50-il wieħed.

Send this to a friend