One News – Page 2657 – One News

One News

Notifiki

Numru rekord ta’ studenti jagħżlu x-xjenza

550 student fl-iskejjel sekondarji għażlu li jistudjaw il-bioloġija u 300 student għażlu li jistudjaw il-kimika.

Dan qalu l-Ministru għax-xogħol u l-edukazzjoni Evarist Bartolo waqt konferenza fil-Life Sciences Park, flimkien mal-Ministru Helena Dalli. Il-Ministri tkellmu  dwar żewġ korsijiet fl-Università ta’ Malta fil qasam tal-farmaċewtika: id dottorat fil farmacija f’livell 8, u baċellerat fix-xjenza fit-teknologija farmaċewtika.

Il-ġimgha d-dieħla se jiftaħ il-bibien tiegħu iċ-ċentru Esplora f’Bighi. Minn età żgħira t-tfal jistgħu jsiru midħla ta’ suggetti relatati max-xjenza u jkunu preparati għall-karriera f’dan is-settur.

Aqra aktar

Titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex żewġha jmut meta jagħżel hu

Petizzjoni fuq is-sit change.org inkitbet minn Marlene Magro, f’isem żewġha Joe. Fiha bil-ħniena talbet lill-parlamentari Maltin sabiex jilqgħu t-talba li f’Malta tkun legalizzata il-mewt assistita.

Marlene kitbet hekk, fl-introduzzjoni tal-petizzjoni li s’issa qabżet il-mitejn persuna jappoġjawha:

“Qed nikteb f’ismhu għaliex minħabba l-kundizzjoni tiegħu Joe diġà ma jistax jikteb bħalma ma jistax jagħmel diversi affarijiet oħra li kien jagħmel ta’ kuljum. Joe filfatt isofri mill-ALS li hija marda deġenerattiva u minħabba fiha wieħed jispiċċa pparalizzat, xi ħaga li Joe jibża’ ħafna minnha.

Kemm jiena u t-tfal, kif ukoll familjari oħra nifmuh għax ħadd minna ma jixtieq jispiċċa f’dik is-sitwazzjoni. Joe dejjem jinsisti magħna li qabel ma jasal f’dik l-estremità, jekk ma tkunx introdotta liġi dwar il-mewt assistita, ma tibqalux għażla oħra ħlief li jara kif se jagħmel suwiċidju, xi ħaga li tbeżżani mhux ftit għax naf li kieku ma nkunx nista’ ngħix bi kwieti kull meta naħseb li seta’ jgħix aktar fit-tul u b’kulħadd madwaru, u li mewtu kienet mewta dinjituża fis-sliem u l-ġabra tal-familja.

Permezz tal-introduzzjoni tal-mewt assistita Joe ikun jista’ jgħix trankwillament għal aktar żmien.”

Tenniet għaldaqstant it-talba tagħna sabiex il-parlamentari Maltin jintroduċu u jaddottaw liġi dwar il-mewt assistita, “sabiex Joe ikollu moħħu mistrieħ li jekk jiġi bżonn din l-assistenza, ikollu lil min jgħinu”.

Aqra aktar hawn.

Wettqu ritwal mal-artal u ġibdu filmat meta ħanxrulu għonqu

Wieħed miż-żewġt’irġiel suspettati li lbieraħ daħlu fi Knisja f’Rouen fi Franza u ħanxru għonq qassis, kien osservat mill-Pulizija tant li kien liebes tag ta’ sorveljanza. Adel Kermiche ta’ 19-il sena kien arrestat darbtejn u prova jmur is-Sirja.

Dettalji dwar l-attakk qed joħorġi ftit ftit, fosthom li qabel qatluh, iż-żewġt’irġiel ġibdu filmat tagħhom infushom, għamlu dak li qed ikun deskritt bħala ritwal madwar l-artal huma u jgħidu “Allahu akbar”. Dan skont soru li kellha x-xorti ħażina tara x-xena makabra. Jirriżulta wkoll li l-ostaġġi li nżammu fil-Knsija ntużaw biex blokkaw l-entratura tal-binja, biex il-Pulizija ma setgħux jidħlu.

X’inhu magħruf dwar Adel Kermiche?

Aqra aktar

Il-Maltin fost l-inqas li jridu jaħdmu fis-sena biex iħallsu t-taxxa

Politico Europe hija gazzetta ibbażata Brussell li toħroġ kull ġimgħa u li titratta suġġetti ta’ interess Ewropew. Fl-aħħar ħarġa kien ippublikat stħarriġ dwar l-ammont ta’  taxxa li ħaddiema Ewropej jridu jaħdmu fis-sena, sabiex ikunu jistgħu jħallsu t-taxxi. L-istudju twettaq skont statistika Ewropea u nazzjonali dwar kull pajjiż, u skont il-paga meda li jaqla’ ħaddiem f’uffiċju. Il-komputazzjoni tat-taxxa mbagħad twettqed mill-kumpanija Ernst and Young.

Jirriżulta li fost 28 pajjiż, Malta tinsab ta’ qabel tal-aħħar fl-ammont ta’ jiem li ħaddiema jridu jaħdmu f’sena biex iħallsu t-taxxi. Filwaqt li ħaddiema Franċiżi jridu jaħdmu 210 jum u jinsabu fil-quċċata tal-lista, il-Maltin jridu jaħdmu 107 jum. Jissuperawna biss iċ-Ċiprijotti, li jridu jaħdmu 87 jum.

Aqra aktar

WEĠĠA’ GRAVI meta kien qed iħott folji tal-ħġieġ

Ħaddiem Niġerjan ta’ 48 sena sofra ġrieħi gravi meta waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ li kien qed iħott. Huwa kien qed jaħdem ġo maħżen ta’ kumpanija fi Triq il-Kummerċ, Ħal Qormi. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Bil-każ ġew infurmati l-Uffiċjali tal-OHSA, filwaqt li investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Ħal Qormi għadhom għaddejjin.

Niltaqgħu maċ-champion Ewropea

“Champion Ewropea”

Huwa dan it-titlu li jista’ jingħata lil Helene Pellicano, li flimkien ma’ tenisti internazzjonali, hija wkoll għolliet t-trofew tal-Junior European Championship.

Rodrick Zerafa ltaqa’ ma din it-tfajla ta’ erbatax-il sena biex jitkellem magħha dwar din l-esperjenza u t-talenti tagħha.

Aqra aktar

Malta se jerġa’ jkollha l-Presidenza f’idejha fl-2030

Malta se jerġa’ jkollha Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2030. F’dik is-sena, il-Presidenza se tkun maqsuma bejn l-Islovakkja, li se jkollhom il-Presidenza bejn Jannar u Ġunju, u Malta, li se jkollha l-Presidenza bejn Lulju u Diċembru.

Il-Kunsill Ewropew illum irreveda l-ordni ta’ kif se tkun il-Presidenza sal-2030. Is-sena d-dieħla Malta se jkollha l-Presidenza sa’ Ġunju, biex imbagħad inħallu f’idejn l-Estonja sa’ Diċembru. Din hija l-ordni ta’ kif se tkun il-Presidenza.

Aqra aktar

Wiċċ ġdid għall-berġa tal-Italja

Minn jaf kemm ‘il darba għaddejt minn triq il-Merkanti u biswit Kastilja kont tara faċċata mgħottija totalment, dik tal-Berġa tal-Italja. Wara x-xogħol ta’ restawr li sar, fuq  il-faċċata hemm dettall li jeħodna lura għas-seklu sbatax.

Aqra aktar

Il-Knisja fi Franza kienet ilha fil-mira

Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali qed jgħidu li l-Knisja li sfat maħkuma minn terroristi tal-ISIS fi Franza llum kienet parti minn lista ta’ postijiet fil-mira mill-istess grupp terroristiku.

Din il-Knisja kienet f’lista misjuba waqt tfittxija fil-moħba ta’ suspettat ieħor is-sena li għaddiet, l-estremist Sid Ahmed Ghlam. Dan tal-aħħar prova jwettaq attakk terroristiku iżda fallielu, aktarx taħt it-tmexxija ta’ Abdelhamid Abaaoud, li hu mifhum li huwa l-moħħ wara attakki f’Pariġi f’Novembru li għadda li ħallew 130 persuna mejta. Abaauod kien inqatel mill-pulizija waqt operazzjoni ta’ tfittxija.

Aqra aktar

Beritta kruċjali biex jinstab il-Ġermaniż

Beritta kienet kruċjali biex instab il-katavru ta’ Mike Mansholt. Is-sejba saret iktar kmieni llum f’Ħad Dingli wara jiem ta’ tfittxija li fihom kienu involuti l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Emanuel Psaila, uffiċjal fid-Dipartiment, spjegalna l-proċess ta’ sweep search u x’jiġri qabel jittella’ l-katavru.
Aqra aktar

Send this to a friend