One News – Page 2656 – One News

One News

Notifiki

Mużika fi tliet palazzi

Ġiet imnedija r-raba’ edizzjoni tat-Three Palaces Festival, li se jsir bejn l-4 u t-13 ta’ Novembru ta’ din is-sena.
Festival ta’ ġimgħa b’kunċerti mtellgħa fit-tliet palazzi presidenzjali u storikament importanti, f’qasir żmien qed isir appuntament importanti fil-kalendarju kulturali Malti.
Fost l-artisti li se jagħtu kunċerti fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-Gran Mastri, il-Palazz Verdala, il-Palazz ta’ San Anton u t-Teatru Manoel hemm is-sopran Ailyn Perez (li tidher fir-ritratt) u l-vjolonċellista Steven Isserlis.

Aqra aktar

“Allahu akbar” f’pixxina mimlija għarwenin

Grupp ta’ rġiel Musulmani daħlu f’pixxina fl-apert fil-Ġermanja jgħajtu ‘Allahu akbar’ u jaħilfu li se jeqirdu nisa ‘qħab’. Din il-pixxina tippermetti l-għawm bla ħwejjeġ. L-irġiel insultaw lin-nisa talli kienu qed joffenduhom b’ġisimhom għarwiena.

Nies li kienu hemm fil-ħin tal-inċident qalu li kien hemm sitt irġiel bid-daqna twila, li beżqu fuq in-nies u għajruhom sakemm kienu ordnati jitilqu. Kollha kellhom bejn l-20 u l-25 sena, xagħarhom iswed u tkellmu tajjeb ħafna bil-Ġermaniż. Il-Pulizija qed tinvestiga l-filmati CCTV. 
Aqra aktar

Sentejn ħabs u estradizzjoni

Ħaddiem tal-kostruzzjoni mis-Serbja kien ikkundannat sentejn ħabs wara li wieġeb ħati għal akkuża ta’ serq ta’ €3,950 minn ħanut tal-logħob fl-Imsida.  Il-Każ imur lura għal bidu ta’ Lulju meta Dejan Lijeskic ta’ 39 sena nqabad jistaħba f’sit tal-kostruzzjoni wara li wettaq ir-reat.  Dan kien pront jiċħad l-akkużi ta’ serq, iżda wara li biddel il-verżjoni tal- istprka wieġeb ħati.

Aqra aktar

IKKONFERMATA: il-katavru misjub fir-Ramla huwa ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena

Il-Pulizija ikkonfermat li l-kadavru li nstab nhar l-20 ta’ Lulju ġie identifikat bħala Ungeriż ta’ 17- il sena li nhar il-15 ta’ Lulju 2016, ma telax lura waqt li kien qiegħed jgħum ġewwa Marsalforn.

It-tfittxija għal Bence Murinai saret l-aktar fl-inħawi ta’ Għar Qawqla f’Marsalforn, għaliex kien hemm li niżel jgħum l-aħħar ma’ ħuh ta’ 15-il sena. Iż-żagħżugħ kien liebes malja blu u għaldaqstant kienet iżjed diffiċli għall-membri tas-salvataġġ isibuh.

Aqra aktar

L-ALPA u l-AirMalta ma jilħqux ftehim

Wara laqgħa ta’ madwar sagħtejn, l-AirMalta u l-ALPA (l-unjin tal-bdoti) ma laħqux ftehim dwar punti importanti, fosthom il-kundizzjonijiet tal-bdoti u dwar kemm bdoti huma meħtieġa għall-operat tal-AirMalta.

Nhar il-Ġimgħa l-Qorti ssospendiet s-smigħ tal-kawża dwar il-mandat ta’ inibizzjoni mressaq mill-Air Malta kontra l-ALPA, biex din tal-aħħar ma tagħmilx azzjoni industrijali.  Quddiem l-Imħallef Silvio Meli, l-avukat tal-Air Malta stqarr li l-bdoti għandhom d-dritt ta’ strike, iżda mhemmx dubju li t-theddida t’ azzjoni industrijali, anka jekk parzjali, tista tipperikola l-eżistenza tal-kumpanija.

Aqra aktar

Anzjan jaqa’ f’bir, jitla’ waħdu, imma jweġġa’ gravi

Raġel ta’ 62 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir vojt fir-residenza tiegħu fi Triq il-Lellux, iż-Żejtun. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fid-dar, iżda s-sellum tiegħu nqasam, b’riżultat li sab ruħu fil-bir. Huwa rnexxielu jitla’ mill-bir waħdu, iżda ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-ewwel Ministru mill-Bosnia f’Malta

Ministru mill-Bosnia Herzegovina jinsab fuq żjara uffiċjali f’pajjiżna għall-ewwel darba.

Igor Crnadak huwa Ministru għall-Affarijiet Barranin, li flimkien mal-Ministru Malti George Vella qed jiddiskuti r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Aqra aktar

Kelb li jista’ jgħoddha b’waħda!

Nirien ħakmu garaxx fi Triq Dawret, f’Ħal Għaxaq. Persuni nnutaw duħħan ħiereġ minn garaxx ta’ residenza u ċemplu fuq in-numru tal-Emerġenza 112. Il-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex tfew in-nirien.

B’xorti tajba kien il-garaxx biss li ġarrab xi danni, għalkemm id-dħaħen infirxu mad-dar kollha.

Għalkemm ebda persuna ma kienet fir-residenza dak il-ħin u ħadd ma sofra ġrieħi, kien hemm qattus u kelb, b’tal-aħħar jiġi salvat mill-membri tal-Protezzjoni Civili filwaqt li l-qattus laħaq miet.

Dan hu l-mument meta kien salvat il-kelb u ngħata l-ossiġnu.

kelb2

 

Karozzi antiki, dehra ġdida – The Malta Classic 2016

Dik li darba kienet l-Mdina Gran Prix, organizzata mill-Valletta Gran Prix Foundation, se ssir bejn is-sitta u d-disgħa t’Ottubru.

Għas-sitt darba, se ssir ċelebrazzjoni tal-istil klassiku tal-vetturi, fil-ġmiel storiku li joffri l-isfond tal-Imdina. Din is-sena mistennija jattendu ‘l fuq minn 70 parteċipant mill-Ingilterra, l-Italja, Franza, l-Iżvizzera u minn Malta stess.

Fost il-vetturi klassiċi li se jgħaxqu r-rotta bejn l-Imdina u l-Imtarfa se naraw Riley, Alvis, Ferrari, Jaguar, Alfa Romeo, Lancia, u Talbot.

Aqra aktar

Send this to a friend