One News – Page 2654 – One News

One News

Notifiki

“Illum tajna l-isbaħ rigal lil Mintoff”

Fil-jum li qed niċċelebraw il-mitt sena mit-twelid ta’ Dom Mintoff qed nagħtuh l-isbaħ rigal ta’ pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropeja. Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-attività mtellgħa mill-Partit Laburista fix-xatt ta’ Bormla, il-belt li minnha ħareġ Dom Mintoff.

Huwa qal li Partit Laburista li tiegħu Dom Mintoff kien l-akbar esponent għandu għan ewlieni wieħed li huwa x-xogħol li permezz tiegħu jingħata d-dinjità, biex dak li jkun ma jiddependix mill-karità u javvanza ’l quddiem flimkien mal-familja tiegħu.Aqra aktar

Mill-Aristokratiċi għal kulħadd

Jekk għandek għal qalbek l-istorja ta’ pajjiżna u kont titla’ t-telgħa tas-Saqqajja b’għafsa ta’ qalb għax tara wirt storiku qed jaqa’ biċċiet, nissuġġerixxulek tgħaddi f’dawn il-jiem issa li l-Casino Notabile reġa’ ngħata dehra mill-isbaħ.

Waqt żjara li għamel is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo, wieħed seta’ jinnota li x-xogħol jinsab avvanzat tant li fadal biss ħmistax –il jum biex jibda jitgawda. Ir-restawr sar pjuttost differenti mis-soltu u dan għax il-Casino huwa mibni fuq it-tafal.Aqra aktar

Erba’ stilel għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ngħata erba’ stilel minn organizzazzjoni ta’ awditjar ewlenija fl-industrija tat- trasport bl-ajru, Skytrax. Fl-Ewropa huma biss 13 l-ajruporti li jgawdu minn erba’ stilel, fosthom Zurich, Barcelona El Prat u Amsterdam Schipol.

Din il-klassifikazzjoni permezz ta’ għoti ta’ stilel ġiet introdotta fl-1989 u llum il-ġurnata hija meqjusa bħala punt ta’ riferiment tal-istandards ta’ kwalità mill-industrija tat-trasport bl-ajru madwar id-dinja. Skytrax tiddeċiedi dwar klassifikazzjoni finali wara li tim ta’ esperti fil-qasam tar-riċerka dwar it-trasport bl-ajru jevalwa l-prodotti u s-servizzi offruti f’punti differenti tal-vjaġġ fl-ajruport.

Aqra aktar

Imwaqqfa titjira tal-Emirates

Għażel ħin pjuttost stramb meta jimrad! Persuna li kienet ma tiflaħx abbord titjijra tal-Emirates fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta wassal biex titjira għal Dubai ittardjat b’siegħa. Għal bidu kien maħsub li kien seħħ arrest, tant li persuni ċemplu din il-kamra tal-aħbarijiet. Iżda aktar tard il-Pulizija spjegaw li kien każ ta’ mard, u l-ajruplan mistenni jitlaq fil-ħin li ġej.

 

L-Għawdxin li vjaġġaw f’ħajjithom, imma issa se tiġihom b’xejn

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel anniversarju tat-tallinja card, Malta Public Transport rebbħet lil persuna li għamlet l-aktar vjaġġi f’kull kategorija tat-tallinja card: Adult, Child, Student, Concession u Gozo. F’Għawdex, il-prempju ntrebaħ minn tewmin li ġew l-ewwel fil-kategorija tagħhom b’aktar minn 1,500 vjaġġ f’sena.

Patrick u Joseph Vella, ta’ 46 sena mill-Għarb, jagħmlu bejn sitta u tmien vjaġġi kuljum. F’laqgħa ma’ Godfrey Attard, Depot Manager ta’ Malta Public Transport f’Għawdex, l-irġiel qablu li s-servizz tat-trasport pubbliku huwa effiċjenti u prattiku. Skont l-esperjenzi tagħhom ta’ kuljum, huma qalu li qed isir titjib kontinwu fis-servizz.

Aqra aktar

Meta l-Gvern jistudja l-ħajja sesswali tiegħek

L-Iżvezja uffiċjalment nediet studju dwar il-ħajja sesswali taċ-ċittadini, liema studju se jdum sejjer tliet snin. Dan se jkun l-ewwel studju tat-tip tiegħu wara 20 sena.

Il-Minsitru għas-Saħħa Garbiel Wikstrom qal li politika dwar is-saħħa sesswali m’għandhiex tkun imnebbħa biss mill-problema, iżda anke mill-pjaċir li kapaċi jagħti s-sess.

Aqra aktar

“Riflessjoni ta’ tmexxija tajba” – il-Koreani dwarna

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima sodisfazzjon waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni Koreana, ftit biss bogħod minn meta Malta jkollha l-presidenza tal-Kusill tal-Unjoni Ewropea.

Ma jistax jonqos li l-Prim Ministru jsemmi r-rata ta’ qgħad, li l-Eurostat ikkonfermat li huwa l-inqas fl-Unjoni Ewropea. Stqarr li dan ma kienx faċli, meta tikkonsidra li llum ngħixu f’ekonomija globali. Esprima sodisfazzjon li seta’ jaqsam din l-aħbar mal-Koreani, filwaqt li l-Ministru għall-affarijiet barranin Korean qal li jinsab impressjonat b’dawn ir-riżultati.

Aqra aktar

Seba’ l-isptar wara ħabta kerha bejn żewġ kowċis

Fi Triq il-Bypass fil-Mellieħa kien hemm ħabta bejn żewġ kowċis bit-turisti. Kelliema għall-Pulizija iddeskriviet il-ħabta bħala waħda kerha. B’kollox iddaħħlu l-isptar sitt turisti u xufier ta’ wieħed mill-kowċis biex jingħataw kura għall-ġrieħi ħfiefi li sofrew.

Fuq il-post kien hemm diversi ambulanzi u vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Aqra aktar

Send this to a friend