One News – Page 2653 – One News

One News

Notifiki

Esperti jitkellmu dwar is-sigurtà tal-LNG

Dikjarazzjoni ċara mill-espert tal-kimika l-Professur Alfred Vella li meta mistoqsi mit-Times of Malta dwar is-sigurtà tat-tanker tal-LNG qal: “L-impjant tal-enerġija u l-faċilità tal-LNG huma siguri anke jekk ikun hemm inċident relatat mal-logħob tan-nar.”Aqra aktar

Il-Perit u l-karikatura

Fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twelid l-eksMexxej Laburista u Prim Ministru Duminku Mintoff, l-Arkivji Nazzjonali qed jorganizza wirja ta’ karikaturi li kien ġabar stess matul il-karriera politika tiegħu. Din il-wirja saret realta wara diversi laqgħat bejn il-familja Mintoff u uffiċjali tal-Arkivji Nazzjonali.
Din il-wirja li ħa tkun miftuħa għal pubbliku fil-ġimagħtejn li ġejjin fil-Bianc Guiratale biswit il-pjazza tal-Imdina. Biex imbagħad il-karikaturi ħa jkunu disponibbli biex il-pubbliku jkun jista’ jmur jarahom fl-Arkivji Nazzjonali. ONE News tkellem ma’ Charles Farrugia, l-arkivista li kien il-moħħ wara din l-inizjattiva.

Aqra aktar

It-triq għall-futur

Li tkun l-aktar Prim Ministru fdat fl-Ewropa huwa riżultat ċar tal-ħidma ta’ dan il-Gvern.  Prim Ministru fdat ma jitkejjilx bil-mod kif tilbes jew kif iżżomm il-figura, iżda jitkejjel bl-istabbiltà li jkun hawn fil-pajjiż, bil-ġid li jkun qed jinħoloq u bis-serħan-il moħħ li Gvern iġib fis-socjetà.

Żgur li minn meta ħa t-tmexxija f’idejh Joseph Muscat, l-affarijiet ma sabhom xejn sbieħ.  Il-baħar madwarna u l-maltemp ekonomiku, iħabbat kien u iħabbat baqa’.  Iżda dan il-Prim Ministru kien kapaċi jħares ‘l quddiem, jara l-potenzjal li għandu x’joffri pajjiżna, ixammar il-kmiem u jaħdem. Dan huwa Gvern li mill-ewwel ġurnata tiegħu fit-tmexxija kien determinat li jerġa’ joħloq fiduċja fin-nies lejn il-politiċi u l-politikanti.

Aqra aktar

Ċittadini tan-nofsinhar sodisfatti

Iċ-ċittadini tan-naħa t’isfel ta’ Malta huma sodisfatti bil-pożizzjoni tal-Prim Ministru kontra t-tkabbir bla ħtieġa tal-Freeport. Iċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis qal li ma setax jonqos li r-residenti u n-negozji f’din iż-żona jilqgħu l-impenn tal-Gvern li ma jħallix żvilupp li jimpatta b’mod ħażin l-ambjent tal-madwar.

“Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru tixhed il-bilanċ ġust li qed jintlaħaq taħt dan il-Gvern bejn l-iżvilupp ekonomiku, l-ambjent u l-kwalita’ ta’ ħajja,” saħaq Silvio Parnis fi stqarrija. Waqt li l-Freeport tibqa industrija importanti li toffri sostenibbiltà u impjiegi għal pajjiżna, l-amministrazzjoni trid tieħu ħsieb li l-qagħda soċjali u ambjentali tkun dik li jixirqilha l-kommunita ta’ Birżebbuġa.

Parnis ingħaqad mal-pożizzjonijiet tal-Front Ħarsien ODZ u tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa f’appoġġ lejn ir-rieda tal-Gvern li l-art okkupata mill-Freeport ma tkomplix tespandi.

Aqra aktar

Isejħilha ‘xitan’!

Il-kandidat Republikan Donald Trump sejjeħ lil Hillary Clinton ‘xitan’. Meta tkellem waqt dimostrazzjoni f’Pennsylvania, Trump attakka lil Bernie Sanders għax jemmen li ċeda għal Clinton fil-ġirja bejn id-Demokratiċi.

“Għamel patt max-xitan” qal Trump “she’s the devil”.

Aqra aktar

Is-sajf se jkun iċċelebrat f’Selmun

Is-Sibt li ġej issir Festa Sajf Selmun, miss-19:00 ‘l quddiem, organizzata mill-Assoċjazzoni Residenti Selmun bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa u l-Fondazzjoni Arkeo.

Din il-festa, li se terġa’ tieħu l-ħajja grazzi għall-Assoċjazzjoni tar-residenti, se tkun favur it-tradizzjoni Maltija, l-edukazzjoni u ambjent; valuri li l-Assoċjazzjoni tisħaq fuqhom.

Se jkun hemm kant, żfin, ikel, kummiedja qasira mtella mill-Għaqda Tejatrali Selmun u marċi brijjużi minn banda lokali. Il-mistiden speċjali ta’ din l-attività se jkun Freddie Portelli.

Aqra aktar

Ir-risposta tal-Awtorità tal-Mediċini lill-importatur tal-morning after pill

L-Awtorità Maltija tal-Mediċini irċiviet applikazzjoni mingħand importatur biex tibda timporta lejn pajjiżna ditta ta’ morning after pill.

Fid-dawl li bħalissa l-Parlament qed jiddiskuti dawn il-mediċini, tkellimna mal-Professur Anthony Scerracino Inglott, ic-Chairperson tal-Awtorità, dwar il-pożizzjoni li se tittieħed, ċioe jekk hux se titħalla tkun reġistrata, biex eventwalment tidħol fis-suq.

Aqra aktar

Għadu nieqes: appell mill-Pulizija

Thomas Michael Stewart ta’ 59 sena, li kien irrapurata nieqes lill-Pulizija nhar l-20 ta’ Mejju, għadu nieqes.

Huwa ntelmaħ l-aħħar f’Ħ’Attard. Bintu tar-rispett, Michelle Burgess, kitbet fuq is-sit soċjali tagħha li Steward huwu dijabetiku u m’għandux mediċina fuqu. Hija qalet li l-familja tinsab f’kuntatt mal-Kummissjoni Għolja Ingliża u l-Pulizija.

Il-Pulizija llum appellat mill-ġdid biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Stewart jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001-9 jew 119.  Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

Aqra aktar

650 żagħżugħ lura Malta

Dawn huma ritratti tal-wasla f’Malta ta’ uħud miż-żgħażagħ li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja. Iż-żgħażagħ li waslu llum wara nofsinhar jinkludu membri taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ZAK) li ħadu ħsieb il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija fil-Polonja.

Iż-żgħażagħ Maltin li attendew kienu aktar minn 650, minn 23 għaqda reliġjuza differenti u minn diversi parroċċi f’Malta u Għawdex.

Aqra aktar

Send this to a friend