One News – Page 2651 – One News

One News

“L-aqwa żmien għal pajjiżna xorta għadu ġej” – JM

L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu internazzjonali, bħal Fitch, huma kejl importanti għall-pajjiż, iżda l-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li huwa iktar konfortat mill-fatt li r-rapporti jirriflettu dak li qed jgħidu l-familji Maltin u Għawdxin u li jgħidu dawk il-kumpaniji li jimpjegawhom.

Aqra aktar

Julinu: talent Malti rikonoxxut

Talent lokali ieħor li kiseb unur internazzjonali. Julian Mallia, magħruf bħala Julinu, b’ħidmietu għall-Masters in Sequential Design and Illustration, kiseb rikonoxximent mill-World Illustration Awards.

Iltqajna miegħu fil-kamra fejn jiżviluppa l-ideat tiegħu.

Aqra aktar

Il-lampuka qed issir aktar skarsa

Jekk kellek l-opportunità li tiekol xi lampuka tajba, stajt tinnota wkoll li l-prezz tal-lampuki għadu għoli, u din is-sena mhux mistenni li jirħas xi hafna.

Dan minħabba li jidher li din is-sena l-istaġun mhux ser ikun wieħed tajjeb, hekk kif din il-ħuta dejjem qed tonqos mill-baħar Meditteran minħabba li minn tal-inqas erba’ pajjiżi qed jistadu għaliha b’ mod professjonali.

Tkellimna mas-sajjieda.

Aqra aktar

Jibda s-servizz ta’ night tube f’Londra

Kważi tlett snin wara minn meta tħabbar il-pjan, ġie mniedi s-servizz ta’ Night Tube f’Londra; biex issa s-servizz ta’ ferroviji ta’ taħt l-art – jew kif inhu magħruf aħjar il-London Underground, huwa iżjed flessibbli u effiċjenti.

Issa kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt, il-Victoria Line u s-Central Lines se jkunu qed joperaw ukoll bejn in-nofs siegħa u l-ħamsa u nofs ta’ filgħodu.

Huwa mistenni li mal-ħamsin elf persuna jużaw is-servizz bil-lejl kull tmiem –il ġimgħa; u ġaladarba s-servizz ikun estiż għar-rotot kollha, il-passiġġieri huma mistennija jilħqu l-mitejn elf.

Il-pjanijiet għal dan is-servizz issemmew għall-ewwel darba f’Novembru ta’ tliet snin ilu, u kellu jibda jopera f’Settembru tas-sena l-oħra.

Aqra aktar

L-użu tal-midja soċjali fost immigranti

Hemm differenza bejn l-aċċess għad-dinja online ta’ immigranti li jkunu ġew mill-Ewropa u dawk li f’pajjiżna qed ifittxu l-ażil.

Minn stħarriġ tal-organizazzjoni ‘The People for Change’, jirriżulta li filwaqt li huma 98%  l-immigranti Ewropej b’aċċess għall-internet, huma biss 42%  li għandhom aċċess fost dawk li qed ifittxu l-ażil.

Minn fejn jużaw l-internet u għaliex? Id-dettalji fis-servizz.

Aqra aktar

L-MHRA bi kliem iebes għall-azzjoni industrijali tal-cabin crew

L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) innotat stqarrija tal-Unjin tal-Cabin Crew li avżat li l-membri tagħha se jaħdmu ‘work to rule’, ċioe il-minimu possibbli.

L-MHRA sejħet lill-unjins kollha li jirrappreżentaw ħaddiema tal-Air Malta biex jqajmu l-punti li għandhom iqajmu b’mod sensat u mhux bil-forza, li tista’ biss tagħmel is-sitwazzjoni agħar.

Tony Zahra, president tal-MHRA, wissa li azzjonjiet  industrijali bħal dawn jistgħu jagħmlu dannu kbir lill-ekonomijia ġenerali u lis-settur tat-turiżmu.

Aqra aktar

Wara Fitch… il-Prim Ministru jitkellem dwar punt ta’ tluq

B’reazzjoni għar-rapport ta’ Fitch il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li għal li ġej jara sitwazzjoni fejn l-ekonomija tkompi tikber, fejn il-ġid ikompli jitkattar u jitqassam aħjar fost kulħadd.

“Il-messaġġ tagħna huwa li fadal ħafna xi jsir. Is-suċċess li ksibna mhuwiex il-punt tal-wasla, imma l-punt tat-tluq għal suċċessi ferm ikbar.”Aqra aktar

Għal Fenech Adami biddlu l-istil

Jagħmlu minn kollox biex jiddefendu lil ta’ Fenech Adami. Din id-darba mhux għax minn tliet ikmamar bnew palazz, jew għax saru miljunarji mingħajr ħadd ma jaf kif, lanqas għax tkeċċew in-nies mill-mezzi tax-xandir tal-PN biex daħlu huma, iżda għax il-Bord tal-Gvernanza sab lil Michael Fenech Adami ħati bi ksur tar-regoli finanzjarji tal-Kunsilli Lokali.

Għall-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista ħareġ jattakka l-Bord tal-Gvernanza. Fi stqarrija ħareġ jgħid li ma jaċċettax ġudizzju mogħti minn dan il-bord li jaħdem b’mod indipendenti u li ħareġ b’deċiżjonijiet li fil-passat ċanfru azzjonijiet u deċiżjonijiet irrilevanti minn min wettaqhom.

Aqra aktar

IL-MISTRA VILLAGE UKOLL; avviż ta’ infurzar biex jitneħħa jew jitwaqqa’

Wara li b’mod esklussiv ħabbarna li nħareġ avviż ta’ infurzar biex il-lukanda Jerma  titneħħa jew titwaqqa’ fi żmien stipulat, l-Awtorità tal-Ippjanar  ħabbert uffiċjlament li ħarġet avviż ta’ infurzar ieħor f’dik li kienet il-Mistra Village Holiday Complex fix-Xemxija.

Dan ukoll, bħall-Jerma, kien żvilupp fuq medda kbira ta’ art li tħalla abbandunat għal snin twal.

Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-binja fil-Mistra.

Aqra aktar

Send this to a friend