One News | One News - Part 2416

One News

Notifiki

Eluf joħonqu l-Fosos għall-Isle of MTV

Eluf ta’ żgħażagħ diġa’ ħonqu l-Fosos tal-Floriana jistennew lill-artisti favoriti tagħhom għal dak li mistenni jkun spettaklu mill-aqwa. Spettaklu li l-qofol tiegħu mistenni jintlaħaq fi ftit sigħat oħra. Aqra aktar

Tmien zoni marittimi ta’ protezzjoni speċjali

Malta u Għawdex issa għandhom l-ewwel tmien Zoni Marittimi ta’ Protezzjoni Speċjali (SPAs) bħala parti min-netwerk Natura 2000 mifrux mal-Ewropa kollha.

Dan ifisser li l-għasafar tal-baħar ta’ Malta issa jgawdu minn protezzjoni sħiħa sew fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar.

Aqra aktar

Corbyn sfiduċjat

Jeremy Corbyn tilef vot ta’ sfiduċja fil-Parlament Ingliż.

Sorsi qalu ma’ Sky News li 176 membru parlamentari ivvotaa favur il-mozzjoni filwaqt li 40 ivvotaw kontra. Iżda jidher li kien hemm sforz fl-aħħar tal-perjodu ta’ votazzjoni minn naħa ta’ dawk li jappoġjaw lil Corbyn, li vvotaw fl-aħħar mumenti fil-House of Commons.

Aqra aktar

Riżoluzzjoni dwar ir-Renju Unit tista’ jkun għodda f’idejn forzi Ewropej biex joħorġu aktar pajjiżi mill-UE

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal li riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew biex ir-Renju Unit japplika Artiklu 50 biex titlaq minnufih mill-UE jista’ jkun għodda f’idejn forzi Ewropej.

F’din ir-riżoluzzjoni jistgħu jaraw ħafna opportunitajiet biex isejħu għal aktar referenda biex aktar stati membri joħorġu mill-UE.

Aqra aktar

Mario Vella magħżul Gvernatur tal-Bank Ċentrali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lil Dr Mario Vella bħala Gvernatur ġdid tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, b’effett  mill-ewwel ta’ Lulju.

Vella studja fl-Universita ta’ Malta, Londra u Berlin. L-esperjenza u interessi tiegħu f’dawn l-aħħar 35 sena iffokaw l-aktar fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-investiment dirett barrani.

Vella kien Kap eżekuttiv tal-Malta Enteprise fost il-ħafna karigi li okkupa.

 

FILMAT: Il-Prim Ministru Malti qabel il-Kunsill Ewropew

Hu u dieħel għal Kunsill Ewropew li qed jiddiskuti Brexit il-Prim Ministru Joseph Muscat li qal li huwa diżappunt li quddiem l-ikbar kriżi politika hija diskussjoni teknika dwar artiklu 50.

“Ma nafx min minn 500 miljun ruħ jaf x’inhu artiklu ħamsin,” qal il-Prim Ministru li tenna li quddiem dan kollu hemm bżonn diskussjoni politika dwar x’wassal għal dan kollu.

Aqra aktar

Laqgħa pożittiva bejn il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo

Illum waranofsinhar il-Ministru ghall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ltaqa’ mal-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo Bekim Collaku.

Iż-żewġ naħat iddiskutew kwistjonijiet relatati mal-qasam tal-Ġustizzja u l-moviment tal-persuni fil-kuntest Ewropew.  Huma saħqu fuq il-bżonn li jkomplu jikbru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat.

Din il-laqgħa ssegwi laqgħa oħra li kellu l-Ministru Bonnici fl-ahhar xhur mad-deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Kultura tal-Kosovo Kutjim Shala.

Aqra aktar

“Ħafna sħana!” – l-ewwel impressjoni ta’ Jess Glynne

“It’s really hot!”

Kienet din l-ewwel impressjoni tal-kantanta Jess Glynne f’pajjiżna.

Il-kantanta, li għandha 27 sena, tikteb u tkanta d-diski. Kisbet fama flimkien mal-band Clean Bandit bis-single “Rather Be” – grupp li jinsab hawn Malta wkoll għall-Isle of MTV. Diska oħra popolari tant li laħqet l-ewwel post fiċ-charts Ingliżi l-2014 hija “My Love” flimkien ma’ Route 94.

Is-sena li għaddiet, Glynne saret it-tieni l-aktar kantanta Brittannika wara Cheryl Cole li kisbet l-ewwel post fiċ-charts ħames darbiet b’hits differenti.

Intervistat lil din l-istilla l-ġurnalista Jessica Sultana, b’filmat ta’ Shaun Cucciardi (jidhru fir-ritratt). Aqra aktar

Waqa’ f’bitħa ta’ lukanda u weġġa’ gravi

Ingliż ta’ 27 sena weġġa’ ġrieħi gravi wara li waqa’ ġo bitħa ta’ lukanda fi Triq Dragunara.

Il-Pulijija tad-Distrett sabu lir-raġel ftit wara li waqa’, għal ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.

 

 

Send this to a friend