One News – Page 2413 – One News

One News

Notifiki

Ħad-Dingli jitlef eks kunsilliera, il-kriminoloġija titlef kap

Sogħba kbira f’Ħad Dingli u fid-Dipartiment tal-Kriminoloġija, li tilfu kunsilliera u kap tad-dipartiment fl-Università ta’ Malta.

Jacqueline Azzopardi tat servizz lill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fit-tielet, ir-raba’ u s-sitt leġislatura u kienet saħansitra l-ewwel Kunsilliera mara.

Il-Kunsill Lokali esprima solidarjetà u kondoljanzi lill-familja u l-qraba ta’ Jacqueline Azzopardi, f’dan il-mument ta’ sogħba.

Aqra aktar

Jinstabu bombi fil-bir tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Waqt tindif li kien qiegħed isir fil-bir tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi, instabu bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-bombi, li kienu butterfly bombs u 3.7 anti-aircraft shell instabu mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waqt li kienu qegħdin inaddfu dan il-bir mill-ħama u materjal li ntefa’ fih matul is-snin.

Aqra aktar

MISJUB F’SIKTU BIŻŻEJJED – akkużat li froda pensjonant Ingliż

Raġel suspettat bi frodi ġie iddikjarat tajjeb biżżejjed biex jittieħdu passi kriminali kontrih.

Jonathan Baldacchino ta’ 30 sena minn tas-Sliema jinsab akkużat li froda lill-pensjonant Brittanniku Paul Nice xejn inqas minn €100,000. Il-Malti qal li huwa iben konsulent finanzjarju u wiegħed li billi jgħaddilu l-flus, Nice kien se jagħmel profitt sinnifikanti.

Baldacchino tressaq il-Qorti f’Ġunu 2013, bl-avukati tiegħu jgħidu li ma kienx stabbli mentalment.

Iżda grupp ta’ esperti mediċi iddeċiedew li m’hemm ebda evidenza li turi dan. Baldacchino appella minn din id-deċiżjoni.

 

“Laqgħa kostruttiva” u rieda kbira biex tkun inidirizzata l-immigrazzjoni irregolari

Ġiet fi tmiemha laqgħa f’Kastilja bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, dak tal-Olanda Mark Rutte u tal-Islovakja Robert Fico.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru Muscat sejħilha laqgħa ‘estremament produttiva’ u qal li ddiskutew aġenda li ġġib għaqda fost ċittadini Ewropej.
Fost oħrajn iddiskutew suġġetti bħal Brexit u l-migrazzjoni, u kien innotat li bejn it-tliet pajjiżi hemm ħafna aktar komuni milli wieħed jaħseb. Waqt il-presidenza Maltija, qal Muscat, pajjiżna se jibni fuq il-fondazzjonijiet sodi tal-presidenza Slovakka, li qed titgħallem mill-problemi tal-passat u mhux tinjorahom.
Il-Prim Minsitru Olandiż Mark Rutte qal li hemm bżonn konċentrazzjoni fuq il-ħolqien tal-impjiegi, il-protezzjoni taċ-ċittadini u s-sigurtà. Fejn jidħlu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi diġa’ sar ħafna iżda għad fadal ferm iktar xi jsir. Qal ukoll li fejn tidħol il-migrazzjoni, hemm bżonn limitu fl-ammont ta’ nies li jaslu fl-Unjoni u hemm bżonn li tkun żgurata aktar protezzjoni f’reġjuni minn fejn ikunu ġejjin dawn il-persuni.

Aqra aktar

Jitnieda l-Malta Cruise Network Forum

Ġie mwaqqaf kumitat bl-isem ta’ Malta Cruise Network Forum, li se jwassal għal aktar kordinament fost l-entitajiet tal-Gvern u sinerġiji mas-settur privat.

Dan fid-dawl li l-industrija tal-cruiseliners dejjem qed tissaħħah u tkun parti essenzjali mill-istrateġija tat-turiżmu f’pajjiżna.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li t-twaqqif tal-Forum se jwassal għal iktar flessibiltà, b’inqas burokrazija. Il-Ministru tkellem b’sodisfazzjon dwar ix-xitwa eċċezzjonali li s-settur tal-cruiseliners kellu. Dan filwaqt li Malta rreġistrat kwazi 45,0000 passiġġier fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, li jfisser 6 % iktar fuq sena l ohra

Rwol ikbar għal Albert Fenech mal-Vitals

F’pajjiżna Vitals Global Healthcare se jkollu bord ta’ persuni intiżi fil-qasam mediku, bħala parti mill-private public partnership bejn il-Gvern u l-VGH fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-Professur Albert Fenech, sa ftit ilu Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista, se jkun parti minn dan il-bord.

Spjega dan Ram Tumuluri, wieħed mid-diretturi tal-proġett, li qal ukoll li l-bord se jkun magħmul minn tnax-il membru, lkoll esperti. Nofs dan il-bord se jkunu professjonisti Maltin.

Il-Professur Albert Fenech irriżenja minn deputat parlamentari fi ħdan il-PN minħabba l-impenji li daħal għalihom bħala Direttur Mediku u Kap tal-Kardjoloġija fl-investiment tal-konsorzju Vitals f’Malta – l-istess konsorzju kritikati bl-aktar mod aħrax mill-kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Aqra aktar

X’jgħaqqad Malti, Taljan u Pollakka?

– Affresk b’sejħa  għall-għaqda bejn il-ġnus.

 ‘L-Għaqda bejn il-ġnus permezz ta’ l-arti’ hija it-tema ta’ Affresk ieħor mill-għalliema freskanti ta’ Frescopolis.

Fil-ġimgħa bejn It-Tlieta l-1 ta’ Novembru u it-8 ta’ Novembru 2016 membri ta’ l-iskola internazzjonali għat-teknika tal-affresk imwaqqfa minn Maestro Vico Calabro’ jiltaqaw ġewwa Malta biex taħt id-direzzjoni ta’ l-imgħallem Stephen Grima joħolqu affresk ieħor ġewwa il-Cavalieri Art Hotel ġewwa San Ġiljan.

Aqra aktar

MALTA fil-lista tal-iktar pajjiżi avvanzati u b’saħħithom fid-dinja

L-Istitut Legatum, ibbażat f’Londra, ħareġ indiċi annwali ta’ prosperità globali, li huwa stħarriġ importanti li jikklassifika l-pajjiżi l-aktar għonja fid-dinja.

L-organizzazzjoni tqabbel 104 fattur u toħroġ b’lista. Il-fatturi jinkludi indikaturi tradizzjonali, bħall- prodott gross domestiku per capita u n-numru ta’ nies jaħdmu full-time, iżda wkoll iċ-ċifri aktar interessanti bħan-numru ta’ servers tal-internet sikuri li għandu l-pajjiż, u kemm iħossuhom mistrieħa n-nies kuljum.

Aqra aktar

Il-prinċipessa l-ġdida? Meghan Markle il-maħbuba ta’ Harry

Il-maħbuba Amerikana ta’ Prince Harry, Meghan Markle, ħarġet għall-ewwel darba fil-publiku minn meta kienet ikkonfermata l-aħbar dwar il-koppja.

Immedjatament wara din l-aħbar, forzi tas-sigurtà daru d-dar tagħha f’Toronto, fejn bħalissa qed taħdem. Meghan hija attriċi ta’ 35 sena, u diġa’ kienet Balmoral, ir-residenza tar-Reġina fl-Iskozja, biex tiċċelebra għeluq it-32 sena ta’ Prince Harry.

Meghan tmexxi blog u rreċtat fid-drama b’tema legali bl-isem ta’ ‘Suits’. Qed jingħad li l-prinċep kien Toronto waqt Halloween, fejn flimkien ma’ Meghan attenda festin fil-klabb Soho House.

Aqra aktar

Il-Prim Minsitru Ingliż se tagħmel telefonata determinata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May illum mistennija tgħid lill-president tal-Kummissjoni Ewropea li l-pjan Brexit mhux se jkun imfixkel. Dan wara li lbieraħ tliet imħallfin qalu li May ma tistax twettaq Artiklu 50 mingħajr l-appoġġ tal-Parlament.

Il-korrispondent politiku tal-BBC, Iaian Watson, qed jirrapporta li permezz ta’ telefonat May se tgħid lil Jean-Claude Juncker li għandha l-intenzjoni tibda’ l-proċess ta’ divorzju minn mal-UE sa Marzu li ġej.

Il-Qorti Suprema mistennija tisma’ l-appelll tal-Gvern Ingliż ix-xahar id-dieħel.

Send this to a friend