One News | One News - Part 2408

One News

Notifiki

Fejn sejjer l-imgħoddi tagħna?

Maħsub li l-ewwel dokument li jsemmi l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù nkiteb fil-belt portwali ta’ Korintu, il-Greċja l-Antika ħabta tas-sena 50 fl-era ta’ zmienna mill-appostlu Pawlu lit-Tessalonici. Dan ifisser li min kien għad ma semax b’Ġesù, l-aħbar waslitlu bil-kitba kważi 20 sena wara li qam mill-imwiet. Din l-ittra San Pawl kien bagħatha qabel ma nkitbu l-Vanġeli. Li kieku kellu jiġri xi haġa daqstant straordinarja  llum – li xi ħadd iqum mill-mewt fil-Lvant Nofsani – kieku l-aħbar tasal fuq il-kanali televiżivi globali u l-internet fi ftit sekondi, probabbli b’xeni diretti. Elfejn sena aktar tard, fit-22 ta’ Marzu ta’ dis-sena, meta faqqgħet it-traġedja terroristika ta’ Brussel rajna Breaking News f’tebqa t’għajn. X’differenza għamlet it-teknoloġija fi żmienna!

Aqra aktar

Gvern determinat, oppożizzjoni negattiva

Il-ġid li ħoloq dan il-Gvern f’dawn l-aħħar tlett snin ħadd ma stenna li kien ser ikun daqshekk kbir.  Ġid li nħoloq bil-għaqal u li jagħti kuraġġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikompli jistinka ħalli jgħix ahjar. Dak li għal Gvernijiet preċedenti kien impossibbli, għal dan il-Gvern sar possibbli.  Sar possibbli għaliex dan il-Gvern għandu viżjoni ċara u determinazjzoni qawwija li Malta trid tkun l-aqwa fil-Mediterran.

Aqra aktar

Il-Qorti tiddikjara l-kumpless Daniels fallut

Deċiżjoni tal-Qorti ddikjarat il-kumpless Daniels fil-Ħamrun bħala fallut għaliex mhux fi stat li jħallas id-djun tiegħu.

Panta Contracting Ltd., wieħed mill-kredituri, fl-2014 ħa azzjonijiet legali dwar dejn pendenti ta’ €1.5 miljun.  Il-Qorti semgħet li l-kumpanija risponsabbli minn Daniels Shopping Complex, igifieri D.A. Holdings, kellha kredituri oħra, li jafuhom mat-€120-il-miljun u xi interessi.

Aqra aktar

Jiżdiedu t-turisti u l-iljieli li jagħmlu f’lukandi

It-turisti u l-iljieli fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni, primarjament lukandi, żdiedu b’4.5% tul ix-xahar ta’ Frar. Dan skont l-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li kompla jikkonferma kemm din is-sena reġgħet bdiet tajjeb għas-settur tat-turiżmu, b’tagħrif il-ġimgħa li għaddiet diġa’ indika rekord fil-kwantita ta’ cruiseliners li daħlu Malta fl-ewwel kwart tas-sena.

Aqra aktar

Il-briju il-ħin kollu għaddej! – il-player tal-Belt Michael Mifsud

Valletta FC huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Premier. Wara li l-bieraħ Hibernians tilfu kontra Birkirkara 2-1, il-Belt Valletta reġgħu saru ċ-Champions għat-23 darba. Dan ifisser li Valletta FC ma jistgħux jintlaħqu mill-Hibernians fl-aħħar logħba tal-istaġun nhar is-Sibt li ġej.

F’kummenti ma’ ONE news,  il-player Michael Mifsud qal hekk:

“Kuntent ħafna, kuntent għalija u għal sħabi u għas-supporters. Xi ħaġa sabiħa li ġġib il-league lejn il-Belt, hija xi ħaġa inkredibbili. Il-bieraħ wara l-logħba kien hemm atmosfera indeskrivibbli l-Belt. Il-briju il-ħin kollu għaddej! Kienet triq twila, għal sħabi kienet triq itwal għax jien ingħaqadt biss f’Jannar. Konna fortunati li l-bieraħ telqu l-Hibs, allura ġejna champions diġa’. Pero anka li kieku ma telqux, konnha preparati għal-logħba li jmiss.”

 

Illum Anzac Day – imfakkar meta Malta kienet protagonista

Illum Anzac Day – jum li jimmarka l-anniversarju tal-ewwel azzjoni militari ewlenija miġġielda mill-forzi Awstraljani u dawk ta’ New Zealand fl-ewwel gwerra dinjija.

Kien fl-1915 li l-Awstraljani u l-forzi ta’ New Zealand provaw jieħdu f’idhom il-penisula Gallipoli – bl-għan aħħari kien li jaħkmu Kostantinopli, dik li llum hija Istanbul fit-Turkija. Din kienet il-kapitali tal-Imperu Ottoman.

Aqra aktar

Send this to a friend