One News – Page 24 – One News

One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela jappella għal impenn iktar b’saħħtu bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela pparteċipa fir-raba’ sessjoni tas-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u d-Dinja Għarbija li sar fAteni fid-29 ta Ottubru 2019. It-tema ġenerali tas-summit kienet Sħubija Strateġika, li kienet iffokata fuq oqsma ġodda dwar kooperazzjoni u investimenti ekonomiċi, inklużi fl-oqsma tal-enerġija, il-kummerċ, ix-xjenza, it-teknoloġija, u l-kura tas-saħħa. Aqra aktar

LifeCycle tgħin lill-qraba tal-pazjenti fit-trasport għas-servizz tat-Twilight Shift  

It-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei toffri lill-pazjenti li jirċievu kura għall-kundizzjonijiet tal-kliewi, bħalma hi l-emodijalisi, l-opportunità li jagħmlu dawn it-trattamenti tard filgħaxija. Dan is-servizz hu aktar konvenjenti għal pazjenti minħabba l-impjieg tagħhom matul il-ġurnata. Mill-banda l-oħra, dan jista’ jkun ta’ inkonvenjent għall-qraba biex isuquhom sal-isptar u jerġgħu jmorru għalihom fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Aqra aktar

Mhux ħati ta’ qtil involontarju ta’ mara ta’ 31 sena f’Ħal Tarxien

Spiridione Agius ta’ 41 sena minn Ħal Qormi ma nstabx ħati ta’ qtil involontarju minħabba li l-Prosekuzzjoni ma ressqitx biżżejjed provi biex tissustanzja l-akkuża ewlenija li kkaġuna l-mewt ta’ Sharon Bellizzi f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Settembru ta’ 9 snin ilu fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien.
Skont għadd ta’ xhieda, dakinhar tal-inċident, il-familja tal-akkużat u l-familja tal-vittma, omm ta’ 31 sena minn Birkirkara kienu qegħdin jieklu flimkien f’ħanut f’Birżebbuġa qabel telqu bil-karozzi tagħhom. Aqra aktar

Send this to a friend