One News – Page 23 – One News

One News

Notifiki

Miċħuda t-talba tal-Katidral

Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina li ressaq talba biex ikollu siġġijiet, imwejjed u xi umbrelel barra l-mużew tal-Katidral minħabba kafettirja. Aqra aktar

Akkużati li ħarqu appartament f’Buġibba

Żewġ irġiel ġew akkużati li fl-4 ta’ Ottubbru li għadda daħlu fi blokka tal-appartamenti u ħarqu appartament f’Buġibba. Fil-Qorti nstema’ kif l-irġiel, Muhammed el Muslati u Mahmoud el Dubah kienu assistiti wkoll minn persuna oħra li deher iwassalhom mid-dar tagħhom fis-Swieqi lejn Buġibba fejn eventwalment allegatament taw in-nar lill-appartament. Fil-Qorti l-irġiel kienu assistiti wkoll b’interpretu hekk kif huma ma jitkellmux il-lingwi Maltija u Ingliża. Aqra aktar

Il-Fondi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Fondi tan-Norveġja rriżultaw fi proġetti ta’ fejda għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ pajjiżna

Storja ta’ suċċess – hekk iddeskriva l-Fondi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-fondi tan-Norveġja l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis f’ċelebrazzjoni tal-proġetti li pajjiżna wettaq bis-saħħa tal-imsemmija fondi, proprju fil-25 anniversarju mit-twaqqif tagħhom.

Aqra aktar

Żieda ta’ 7.5% fl-impjiegi full-time f’Għawdex

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, il-ħaddiema b’impjieg full-time u part-time kienu jgħoddu kważi mitejn u sitta u erbgħin elf li kienet tfisser ukoll żieda ta’ madwar sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.Aqra aktar

“Irridu nagħmlu lill-Maltin u l-Għawdxin sinjuri żgħar” – il-PM Joseph Muscat

“X’inhu l-għan tagħna. Sempliċi. Insaħħu l-middle class, nibnu middle class ġdida u nneħħu l-faqar mill-pajjiż. Irridu nagħmlu lil Maltin u l-Għawdxin sinjuri żgħar. Li l-foqra ntellgħuhom ‘il fuq, il-ħaddiema nsaħħuhom u t-tfal tal-ħaddiema nitfgħuhom ‘il quddiem. Din hija li tfisser il-kwalita’ tal-ħajja. Li inti mhux sempliċiment qiegħed hemm biex taħdem. Ix-xogħol huwa l-essenza ta’ kollox imma dak ix-xogħol iwassal għall-kwalita’ ta’ ħajja aħjar.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat meta f’attivita’ politika fl-Imsida tkellem dwar il-pjan tal-gvern għal dan il-pajjiż li jirriżulta minn manifest elettorali li filwaqt li qed jitwettaq qed jikseb iktar appoġġ.

Il-Prim Ministru saħaq li hemm bżonn naraw “minn fejn tlaqna bħala gvern u fejn sejrin. Għandna strateġija ċara, pjan ċar li huwa l -manifest elettorali tagħna li vvota għalih il-poplu b’saħħa fl-2017 u dak li huwa l-isbaħ huwa li wara li l-poplu vvota għalih b’din is-saħħa kbira, illum il-poplu qed jarana nwettqu dak il-pjan tagħna. Saħansitra, aktar nies qed jappoġġjaw dak il-pjan li permezz tiegħu qed niżviluppaw is-setturi kollha tal-ekonomija u nifirxu f’setturi ġodda li jassiguraw xogħol mhux biss għat-tfal li telgħin illum imma wkoll għal uliedhom.”Aqra aktar

Send this to a friend