One News – Page 2259 – One News

One News

Notifiki

Simon Busuttil tant kemm hu negattiv li għalih kollox devjazzjoni ,anke l-baġit

Dalgħodu Simon Busuttil qal li l-baġit li ġej li ser jqassam il-ġid li pajjizna b’suċċess qed joħloq, huwa devjazzjoni.

Fi stqarria l-Partit Laburista nnota li bl-istess mod, Busuttil qal li hu wkoll devjazzjoni l-każ li ħareġ fuq il-Malta Today  li fih jissemma Beppe Fenech Adami.

Simon Busuttil għal darb’oħra qed ikun negattiv, din id-darba fuq baġit li għadu lanqas biss tħabbru l-miżuri tiegħu.

Dan juri kemm Simon Busuttil hu bitter  u  maqtugħ min-nies, magħluq fl-establishment politiku tiegħu u ma jistax ikun jaf x’inhuma l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja tan-nies u li ser jiġu indirizzati fil-baġit li ġej.

 

 

Is-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu l-Mellieħa sab lil min jgħinu

Fl-inċident li seħħ fil-bypass tal-Mellieħa, fejn sewwieq ta’ mutur ta’ 36 sena minn Ħal Balzan tilef ħajtu, membru mill-pubbliku waqaf u amministra l-ewwel għajnuna, sakemm ġiet l-ambulanza.

F’avviż li ħareġ l-isptar Mater Dei, intqal li l-ħaddiema tal-ambulanza ma kellomx triq oħra għajr li jgħabbu l-għodda tal-ewwel għajnuna fl-ambulanza, u jmorru biha l-isptar.

Filwaqt li rringrazzjaw lil din il-persuna tal-intervent tagħha, qalu wkoll li tista’ tagħmel kuntatt mad-dipartiment tal-emerġenza fl-isptar, biex tieħu l-għodda lura.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: wasal it-tanker Armada LNG Mediterrana

ElectroGas ħabbret li t-tanker Armada LNG Mediterrana wasal hawn Malta. It-tanker wasal bla problemi ftit aktar kmieni milli mistenni u bħalissa qiegħda ssir il-ħdima kollha fuqu, biex meta jsir il-ħin jidħol fil-port ta’ Marsaxlokk. 

Kif it-tanker ikun għadu vojt, jsiru numru ta’ testijiet ta’ sigurtà u ta’ familjarizazzjoni. Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela’ bil-merkanzija.

It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar 125,000 metru kubu ta’ LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.

Aqra aktar

Simon Busuttil: no comment

Ebda kumment minn naħa ta’ Simon Busuttil dwar il-fatt li l-Viċi Kap tiegħu jissemma’ f’investigazzjoni dwar każ b’xamma kbira ta’ ħasil ta’ flus, li ma kinitx segwita sal-aħħar mill-awtoritajiet Maltin. Din tidher li ġrat wara li fil-każ tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien Assistant Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.

L-investigazzjoni tmur lura għal qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, kif irrapportat dalgħodu.

Affaċjat mill-mezzi tax-xandir, Busuttil baqa’ għaddej żiffa, mingħajr ma lissen kelma. Fid-diskors tiegħu waqt attività politika, sejjaħ lill-istorja ‘devjazzjoni’ – reazzjoni li l-Partit Laburista sejħilha inkwetanti.

Aqra aktar

Isma’ l-kummenti tal-editur tal-MaltaToday dwar il-każ żvelat illum

L-editur tal-MaltaToday tkellem dwar il-każ irrapportat fil-faċċata tal-gazzetta, fejn jingħad li investigazzjoni dwar każ b’xamma kbira ta’ ħasil ta’ flus ma kinitx segwita sal-aħħar mill-awtoritajiet Maltin. Din jidher li ġrat wara li fil-każ tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien Assistant Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.

F’Ħal Balzan il-Prim Minsitru ħabbar li l-Gvern se javviċina eks ġudikanti u jtihom mandat biex jinvestigaw dak li ġara.

Isma’ l-kummenti ta’ Saviour Balzan u aqra aktar hawn.

Aqra aktar

Trump ikompli jitlef l-appoġġ

Aktar uffiċjali għolja Repubblikani tilfu l-appoġġ tagħhom lejn il-kandidat Presidenzjali Amerikan, Donald Trump wara r-rimarki oxxeni li għadda fil-pubbliku dwar in-nisa.

Minn tal-inqas tnax-il Repubblikan qalu li mhux se jkunu qed jivvuttaw għal Trump minn mindu kienu żvelati l-kummenti ta’ Trump il-Ġimgħa.

Minkejja din il-kritika kollha, Trump qal li huwa qatt mhu ħa jasal jiddisapunta lil dawk li jappoġġjawh u jieqaf mit-tellieqa għall-President.

Fost l-oħrajn, fil-filmat tal-elfejn u ħamsa, Trump qal li lin-nisa tista tagħmlilhom li trid meta tkun ċelebrita, u ftaħar li kien jipprova jaqbad lin-nisa mill-partijiet tagħhom u jbushom.

Reazzjoni inkwetanti tal-Partit Nazzjonalista

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar storja dokumentata fil-Maltatoday hija inkwetanti ħafna. Aktar kmieni l-PN iddeskriva l-każ bħala “devjazzjoni” fi stqarrija lill-mezzi tax-xandir.

Dan stqarru l-Partit Laburista, li qal li mhux se jgħaġġel fi kwistjoni bħal din fejn hemm involuti istituzzjonijiet kostituzzjonali b’implikazzjonijiet serji.

“J’Alla ssir ġustizzja u jsiru magħrufa bis-serjetà l-fatti u għalfejn twaqqfu l-investigazzjonijiet fi żmien meta Beppe Fenech Adami kien responsabbli mill-Pulizija” qal il-Partit Laburista.

“Mill-banda l-oħra l-Partit Nazzjonalista jrid jassumi r-responsabiltajiet politiċi tiegħu u juri bil-fatti li tali aġir m’ għandu qatt jkun ittollerat. S’ issa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jfalli totalment f’ dan it-test”.

 

Il-Prim Ministru jitkellem fil-jum li pajjiżna jsir indipendenti mill-aktar żejt li jniġġeż

Illum jum li fih ninqatgħu għal kollox mill-heavy fuel oil. Dan se nagħmluh billi naqilbu għall-gass, għal enerġija iktar sigura. Il-fabbrika tal-kanċer li kellna f’Marsaxlokk issa wasalna f’punt ieħor importanti biex nagħlquha.

Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa politika f’Ħal Balzan.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, osserva l-Prim Minsitru, qiegħed jilmenta li t-tanker tal-gass kbir. Fil-verità huwa ftit iżgħar mill-ikbar vapuri li jidħlu fil-Port Ħieles. Għall-kritika li t-tanker se jdum hawn Malta, il-Prim Ministru qal li dan se jkum hawn Malta sakemm jitlesta pipeline tal-gass li l-Oppożizzjoni qatt ma lestiet. Filwaqt li l-Ewropa u d-dinja kollha qiegħda taqleb għall-gass, qal Joseph Muscat, f’pajjiżna hawn Oppożizzjoni li qiegħda toħroġ kontra l-gass, li l-anqas l-iktar Repubblikani estremisti ta’ Trump fl-Istati Uniti m’huma qiegħdin jieħdu. “Argumenti pwerili” qal il-Prim Minsitru – il-qalba hija minn teknoloġija antikwata li jużawha biss ċertu pajjiżi fl-Afrika, għal-teknoloġija li ilha tintuża snin sħaħ”.

Aqra aktar

IL-PRIM MINISTRU JAĦTAR INKJESTA

Il-Prim Minsitru għadu kemm qal li se jaħtar inkjesta biex tinvestiga l-istorja li ħarġet dalgħodu b’rabta ma’ Beppe Fenech Adami.

“Investigaturi Olandiżi kienu talbu xi informazzjoni mill-istuzzjonijiet Maltin, u din ma waslitx. Rawha l-ġurnalisti, talbuha investigaturi mill-Olanda, u din ma waslitx għandhom. Dawn tal-aħħar jgħidu li kieku kellhom biex jieħdu passi. Każ li jinvolvi l-miljuni, u li hemm konnessjoni ta’ droga fiha. Kumpanija li kienet qed tintalab biex tiġi investigata, fiha wieħed mid-diretturi Beppe Fenech Adami. Minix se noqod nitkellem politikament” sostna Muscat. ‘L-ewwel dmir tiegħi huwa ta’ Prim Ministru.”

Il-Prim Ministru qal “dan li sar magħruf illum aktar tard se nkun qed nikkonsulta biex naħtar inkjesta skont il-poteri li tagħtini l-liġi. Se navviċina eks ġudikanti, sa nagħtuhom mandat, biex jinvestigaw dak li ġara, biex inkunu ċerti li l-affarijiet imxew kif suppost. Fejn ma mxewx kif suppost, jgħidulna għaliex u kif.”

Send this to a friend