One News – Page 2239 – One News

One News

Notifiki

“Jeħtieġ li titqajjem kuxjenza minn età żgħira dwar il-kanċer tas-sider” – Michelle Muscat

Mijiet irreġistraw għal ġirja li għaddejja bħalissa bl-isem ta’ ‘Run to the rhythm’, li hija t-tielet attivitá matul ix-xahar ta’ Ottubru, magħruf bħala Pink October. Ir-rotta tal-ġirja li bdiet minn Baystreet se tieħu l-parteċipatni sal-Gżira, akkumpanjati bil-mużika, bl-għan li jagħmlu kuraġġ u jaslu sal-aħħar.
Aqra aktar

Monitoraġġ aħjar ta’ xiri u kuntratti pubbliċi

Issa li sejħiet għal offerti pubbliċi se jsiru online se jkun hemm monitoraġġ aħjar mill-awtoritajiet dwar il-proċess ta’ xiri pubbliku. Dan għaliex regolamenti ġodda mħabbra din il-ġimgħa se jippromettu proċess effiċjenti u fuq kollox trasparenti skont direttivi Ewropej.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Raġel b’ġrieħi gravi wara inċident fil-Freeport

Raġel mil-Litwanja li għandu 56 sena, sofra ġrieħi gravi wara li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq dgħajsa tas-salvataġġ f’vapur, meta għal xi raġuni din waqgħet bih fil- baħar. Minkejja, l-waqa’ ta’ għoli ta’ madwar erba’ sulari, ir-raġel baqa f’sensih. Sorsi li tkellmu ma’ ONE NEWS qalu li l-inċident seħħ waqt li r-raġel kien għaddej b’xogħlu fuq l-istess vapur.
Aqra aktar

Arja nadifa f’Marsaxlokk

Ir-residenti ta’ Marsaxlokk u l-viċinanzi kienu draw bit-tniġġis tal-arja minħabba d-dħaħen eċċessivi ġġenerati mill-ħruq taż-żejt li bih kienet qed titħaddem il-powerstation ta’ Delimara.

Iżda issa dawn ir-residenti jistgħu jieħdu nifs qawwi minħabba li l-proġett il-ġdid li se jaħdem permezz tal-gass.
Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija pożittiva dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija  laqgħet l-aħbar li Transport Malta flimkien mal-Universita ta’ Malta se jkunu qed jiġbru informazzjoni fuq l-istat ġeoloġiku ta’ taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. L-Universitá se tkun qed tagħmel investigazzjonijiet ġeotekniċi f’diversi żoni fuq l-art u fil-fliegu, bi tħaffir mistenni sa madwar 200 metru taħt qiegħ il-baħar. Dan wara sejħet li nħarġet minn Transport Malta biex tinġabar din l-informazzjoni.
Aqra aktar

Smajt bid-diska “Don’t Be So Shy”? Se jkunu Malta

Id-diska popolarissima “Don’t Be So Shy”, jew il-verżjoni remix tagħha biex inkunu preċiżi, kisbet suċċess kbir fiċ-charts mondjali, u anke hawn Malta.

Issa nistgħu inħabbru li Filatov & Karas, l-imħuħ wara din id-diska, se jkunu hawn Malta nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Novembru.

F’San Ġiljan se jtellgħu 90 minuta live-set flimkien mal-kantanta Alida, li se tkun qed teżebixxi ‘live’.

Aqra aktar

Xita ta’ ravjul ħelu fl-Imqabba

Fl-Imqabba nhar il-Ħadd 23 t’Ottubru 2016 ser tagħmel ix-xita…xita ta’ ravjul ħelu moqli!  Dan waqt it-tieni edizzjoni ta’ Festa Ravjul, li ser tittella’ bejn il-11 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar.  Din qed tkun organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imqabba bil-kollaborazzjoni ta’ 2 Minds Events.

Dawk preżenti ser jieklu ikla ravjul mal-ħbieb fil-pjazza tal-lokal u dan waqt li jkun għaddej divertiment bis-sehem ta’ kantanti u personalitajiet stabbiliti.  Bħas-sena li għaddiet, ser ikun hemm tliet tipi ta’ ravjul u tliet zlazi differenti.

Aqra aktar

Jekk se tixtri ċilindru tal-gass, jaf tinnota siġill ġdid

 

Liquigas Malta qed tintroduċi siġilli ġodda tat-tip heat shrink fuq iċ-ċilindri kollha ħodor u sofor minn Ottubru 2016.

Matul ix-xahar ta’ Ottubru, id-distributuri tal-gass ser ikollhom disponibbli ċilindri mgħammra kemm bis-siġilli l-ġodda kif dawk kurrenti, imma mill-1 ta’ Novembru 2016, iċ-ċilindri kollha ta’ Liquigas ser ikollhom is-siġill il-ġdid kulur aħdar ċar bil-kliem “Liquigas” mitkubin fuqu.

Aqra aktar

Send this to a friend