One News – Page 22 – One News

One News

Notifiki

Melita tkabbar in-numru tal-abbonati tat-TV għal aktar minn 100,000

Melita Limited kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala l-fornitur ewlieni ta’ servizzi tat-TV f’Malta, bin-numri tal-abbonati tagħha issa jaqbżu l-100,000. Dan hu ekwivalenti għal sehem mis-suq ta’ madwar 60 fil-mija. Dan it-tragward isegwi statistika ppubblikata mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni li wriet lil Melita bħala l-mobile operator li qed jikber bl-iktar mod mgħaġġel f’Malta.

Aqra aktar

‘Keeping Connected’ – Konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra mħabbra għal Ottubru 2020

F’Ottubru 2020 ser tiġi organizzata konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra, bit-tema ‘Keeping Connected’. Għall-ewwel darba, se jkollha l-parti l-kbira tagħha ddedikata għal workshops fi gruppi żgħar magħmulin minn parteċipanti Maltin li jgħixu barra biex jiddiskutu u jressqu ideat u suġġerimenti. Dan ħabbru il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela f’konferenza stampa fl-għeluq l-10 laqgħa annwali tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta li fl-aħħar jumejn iltaqgħu għal-laqgħa annwali tagħhom fil-binja tal-Ministeru, Palazzo Parisio. Aqra aktar

Jinħeles mill-arrest wara li weġġa’ lil martu

Raġel ta’ 42 sena tressaq il-Qorti akkużat b’akkużi ta’ vjolenza domestika fuq il-mara tiegħu. Il-każ seħħ is-Sibt fis-06:15 am f’darhom f’Ħal Qormi. Huwa ġie akkużat li ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq il-mara tiegħu, li ikkaġunalha biża, heddidha u inġurja bil-kliem. Ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Neville Camilleri jagħth il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000.

Il-Maġistrat ordna lir-raġel sabiex ma jersaqx u ma jagħmilx kuntatt ma’ martu u ibnu. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.

Send this to a friend