One News – Page 21 – One News

One News

Notifiki

Il-familji ‘middle class’ l-iktar li raw żieda fid-dħul

Stħarriġ li għamel il-Bank Ċentrali fost il-familji f’pajjiżna jikkonferma kif it-tkabbir ekonomiku kien mifrux fost il-faxex kollha fis-soċjetà tagħna. Fil-fatt, fl-2016 id-dħul tal-familja medja f’pajjiżna kien tela’ għal €25,417. Din tfisser żieda ta’ kważi €2,700 meta mqabbel mal-2013. Fi tliet snin ta’ qabel l-2013, it-tkabbir kien ta’ madwar €2,150 biss, jew kważi 20% anqas. Aqra aktar

Tnejn jindarbu gravi wara żewġ argumenti kmieni dalgħodu f’San Ġiljan

Żewġt irġiel sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’żewġ argument separati kmieni il-Ħadd filgħodu.
Wieħed mill-iriġiel, li għandu 23 sena u huwa mir-Repubblika tal-Maċedonja allegatament ġie aggredit minn grupp ta’ persuni waqt li kien f’post ta’ divertiment fi Triq San Ġorġ. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 tal-Ħadd filgħodu. Aqra aktar

Mill-ħafi u l-imħallfin sal-lum

Analiżi ta’ kif mexa fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta mqabbla ma’ każi kbar oħra li ġraw f’pajjiżna fl-istorja riċenti juru li filwaqt li Joseph Muscat żamm l-istil ta’ komunikazzjoni tal-Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami, warrab għalkollox il-mod kif Fenech Adami kien innegozja Maħfra Presidenzjali. Aqra aktar

L-Ispeaker jinnota l-impenn tal-PM biex jiġi diskuss il-każ DCG fil-Parlament

Wara t-talba li ressaq illejla l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sabiex jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza u wara li ra r-risposta tad-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra Chris Fearne, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li m’hemmx qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza fis-sigħat li ġejjin. F’ittra mibgħuta lill-Kap tal-Oppożizzjoni huwa qal li wara li ra diversi rulings passati u ħa nota ta’ dak li tgħid il-kostituzzjoni, huwa mhux biss ra jekk il-materja nnifisha hijiex urġenti iżda wkoll jekk din tkunx tant mgħaġġla li l-Kamra jkollha tiddibattiha mill-aktar fis possibbli. Dan għaliex inkella jkun tard wisq jekk din l-istess materja tiġi diskussa fi stadju ulterjuri.Aqra aktar

Send this to a friend