One News | One News - Part 2092

One News

Notifiki

Giovanna u żewġha fuq il-post tax-xogħlijiet

Illum qed ikompli jinstema’ l-każ li fih Anthony Debono, ir-raġel tal-eksMinistru Giovanna Debono, qed jaffaċċja 13-il kap t’akkuża, fosthom miżappropjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

Il-Qorti illum bdiet l-aċċess, jiġifieri site-visit tal-postijiet li fihom allegatament seħħew irregolartajiet fix-xogħol, u li tagħhom Anthony Debono huwa akkużat. L-ewwel fost dawn insibu l-grawnd tal-Għarb. Wara, il-Maġistrat, il-prosekuzzjoni u d-difiża bdew l-aċċess fil-grawnd tal-5 a side tal-istess lokalità.

Aqra aktar

Jgħidu li żdied il-faqar u m’għandhomx provi

Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa dalgħodu għar-rapport tal-Caritas li wera iktar persuni qed ilaħħqu mal-baskett tal-ħajja anke jekk għad hemm sfidi x’jingħelbu.

Ċentrali fir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-messaġġ li żdied il-faqar, anke jekk ir-rapport tal-Caritas jinnota mod ieħor.

Saħasitra f’paġna 20 tar-rapport huwa nnota kif saħansitra naqsu dawk f’ċaħda materjali. Għalhekk kienet naturali l-mistoqsija dwar min fejn ġabu t-tagħrif. Għal Robert Cutajar it-tagħrif ġabu mill-manifest tal-Partit Laburista tliet snin ilu.

Aqra aktar

Jiċċaraw dwar xagħar Ira

Xagħar Ira huwa suġġett li qed jittieħed b’serjetà kbira.
Almenu hu s-suġġett ta’ battalja bejn żewġ ditti tax-xagħar – Prive’ u Schwarzkopf. Id-direttur ta’ Prive’ kiteb fuq Facebook li b’mod qarrieqi, Schwarzkopf qed jinsistu li ħadu ħsieb xagħar Ira fil-Eurovision Song Contest.

Aqra aktar

Saħħa mentali: servizz ġdid fil-komunità

Tnieda servizz ieħor fil-qasam tas-saħħa li se jkompli jipprovdi l-kura fil-komunità. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar skema ġdida li permezz tagħha, tobba privati tal-familji se jkunu jistgħu jaraw pazjenti li jbatu minn mard mentali, bl-ispiża jħallasha l-Gvern. Dan mistenni jgħin pazjenti bħal dawk li għandhom psikożi u dipressjoni bipolar jew unipolar. 

Aqra aktar

Seville għat-tielet darba, jew Klopp bl-ewwel waħda?

Illum tintlgħab il-logħba finali mill-Europa League. F’St.Jakob Park l-Iżvizzera, Liverpool jiltaqgħu kontra Sevilla.

Din se tkun is-seba’ finali tal-Europa League minn mindu sar eżerċizzju ta’ rebranding mill-UEFA Cup. Sevilla qed jittamaw li jsiru l-ewwel tim fl-istorja li jirbaħ tliet titli konsekuttivi, wara li għelbu lil FC Dnipro s-sena li għaddiet u u lill-ġganti Portugiżi Benfica fl-2014. Mhux se tkun faċli, fid-dawl li Liverpool irnexxilhom jgħelbu lill-favoriti Borussia Dortmund fi kwart ta’ finali straordinarju, minbarra li għelbu lill-Villarreal fis-semifinali.

Aqra aktar

MONTEKRISTO: Provaw ineħħu wħud mill-annimali

It-tmexxija ta’ Montekristo Estates ipprovat tneħħi uħud mill-annimali tal-park tal-annimali tagħhom. Dan wara deċizjoni li ttieħdet minn Charles Polidano wara t-tieni inċident li seħħ fil-park, ftit tax-xhur ilu, fejn safa ferut tifel ta’ ħames snin.

Aqra aktar

Leicester City jagħmlu festa f’Bangkok

Iċ-ċampjins il-ġodda tal-Premier League Ingliż, Leicester City, ingħataw merħba liema bħalha f’Bangkok.

It-tim jinsab hemm hemm għal tour ta’ ċelebrazzjoni, u għandu ħafna għalxiex jiċċelebra, għax minn relegation sar ċampjin tal-leage fi staġun wieħed.

Liecester City huma tal-biljunarju Tajlandiż, Vichai Srivaddhanaprabha. Kien hu li organizza din iż-żjara f’Bangkok.

Aqra aktar

Trump lest jiltaqa’ ma’ Kim Jong-Un

Il-kandidat Amerikan għall-elezzjoni presidenjali Donald Trump qal li huwa lest jiltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, biex jiddiskuti l-programm nukleari ta’ Pyongyang.

“M’għandix problema nkellmu” qal Trump dwar Kim Jong-un.

Jekk verament issir laqgħa ta’ dan it-tip, tkun tfisser bidla sħiħa fil-politika Amerikana fil-konfront tar-reġim iżolat tal-Korea ta’ Fuq.

Il-kandidata għad-Demokratiċi Hillary Clinton maqdret dik li sejħitlu ‘faxxinu stramb’ li Trump għandu lejn nies b’saħħithom madwar id-dinja.

Ilmentaw sa mill-bidu

Il-mistoqsijiet dwar kif kien possibbli li l-Perit David Pace, li jokkupa Uffiċċju Pubbliku fi ħdan dak tal-Ombudsman, fl-istess waqt kien Perit fuq applikazzjoni li minnha seta’ daħħal xi flus, qajmet suspetti ta’ kunflitt ta’ interess sa’ mill bidu, mill-organizazzjoni Flimkien ghal Ambjent Aħjar, li f’ appell għall applikazzjoni innutat numru ta’ irregolaritajiet fil-proċess.

Aqra aktar

Send this to a friend