One News – Page 20 – One News

One News

Notifiki

Il-Grupp Parlamentari lest jiġbed ħabel wieħed ma’ Robert Abela

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Robert Abela qal li għandu fiduċja sħiħa fit-tesserati li jagħmlu l-aħjar għażla fl-interess tal-partit u tal-pajjiż. Sostna li ma jemminx fil-biża’ jew it-theddid, iżda li kulħadd jagħżel f’libertà assoluta. Fiż-Żurrieq, ħabbar kif il-Grupp Parlamentari kollu lest jiġbed ħabel wieħed miegħu jekk jintagħżel bħala Mexxej u Prim Ministru. Aqra aktar

155-il kuntistabbli tal-Pulizija jsegwu kors għall-kariga ta’ surġent

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia żar l-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati fejn iltaqa’ mal-155 kuntistabbli li qegħdin isegwu kors għall-kariga ta’ Surġent fil-Korp tal-Pulizija. Il-kors huwa maqsum f’żewġ gruppi ta’ kuntistabbli. Preżenti għaż-żjara kien hemm il-Kap Kmandant għall-Korpi Dixxiplinati s-Sur Joseph Cachia u c-Chairman tal-Bord għall-Korpi Dixxiplinati l-Professur Raymond Mangion. Aqra aktar

Il-Prim Ministru jmexxi l-aħħar laqgħa tal-Kabinett

Illum il-Prim Ministru, Joseph Muscat mexxa l-aħħar laqgħa tal-Kabinett.

Send this to a friend