One News – Page 2 – One News

One News

Notifiki

ARA: Is-sieħba ta’ Busuttil b’attakk qawwi fuq Delia

Is-sieħba tal-ex Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil Kristina Chetcuti fetħet attakk qawwi fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u mhux biss akkużatu li mhux qiegħed jagħmel xogħlu, jiġifieri li jopponi l-Gvern, iżda li dan ma jistax jagħmlu minħabba l-passat maħmuġ ħafna li għandu .

Aqra aktar

Il-baġit ta serħan il-moħħ


“Bil-baġit li tressaq nhar it-Tnejn lill-poplu serraħnielu moħħu għas-sena d-dieħla.”

Iddikjara dan il-Prim Ministru Joseph Muscat li fisser kif il-baġit hu mibni fuq tliet prinċipji ewlenin.Aqra aktar

Illum jiftaħ l-istaġun tal-insib tal-ħarifa għall-malvizz

Fi stqarrija, l-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għall-pluviera u l-malvizz u dan wara li l-gvern evalwa r-rakomandazzjonijiet tal-ORNIS. L-istaġun tal-malvizz ser jiftaħ illum il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019, iż-żewġ dati inklużi, filwaqt li l-istaġun tal-insib għall-pluviera jiftaħ fl-1 ta’ Novembru 2019 sal-10 ta’ Jannar 2020, iż-żewġ dati inklużi, dment li l-kwoti nazzjonali jkunu għadhom ma ntlaħqux.

Aqra aktar

In-network diplomatiku ta’ Malta f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, qal li mill-espansjoni tal-portafoll tal-affarijiet barranin ta’ Malta biex jibda jinkludi l-promozzjoni tal-kummerċ ġabet bidla. Dan poġġa n-network diplomatiku ta’ Malta f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex jipparteċipa fit-tkabbir ekonomiku ta’ Malta, kemm f’termini li jattira investiment barrani, iżda wkoll fl-assistenza lill-kumpaniji lokali li jixtiequ jieħdu l-operazzjonijiet tagħhom fuq livell internazzjonali.

Aqra aktar

Żieda ta’ aktar minn €11 miljun fil-Baġit allokat għal Għawdex

Il-Budget għas-sena 2020 juri kif il-Ministeru għal Għawdex se jkollu żieda ta’ l-fuq minn ħdax-il miljun Ewro sabiex jiġu użati għall-proġetti u inizjattivi f’Għawdex u għall-Għawdxin.  Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri li ġew preżentati fil-Baġit 2020. Il-Ministru Caruana qalet li bil-Baġit b’saħtu li ippreżenta l-Gvern, ser ikompli jintlaħqu l-miri u l-aspettattivi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fejn qed tiġi ppremjata l-bżulija filwaqt li jaħseb fil-persuni vulnerabli tas-soċjetà.
Aqra aktar

Send this to a friend