One News | One News - Part 18

One News

Notifiki

Esportati għall-ewwel darba lejn il-Ġappun 9,000 flixkun inbid ta’ kwalità DOK Gozo

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri żar Ta’ Mena, ix-Xewkija Għawdex fejn ħabbar li għall-ewwel darba dan il-produttur Għawdxi se jkun qiegħed jesporta lejn il-Ġappun 9,000 flixkun inbid DOK Gozo.

Is-Segretarju Parlamentari Camilleri qal li l-prodott Malti u Għawdxi għandu elementi u karatteristici li jidistingwuh minn prodotti oħra, anka minn dawk li jinbiegħu fis-swieq Ewropej. Hawnhekk fakkar fiż-żjara li għamel il-Ġappun ftit tax-xhur ilu fejn l-għan tagħha kien li jiġu stabbiliti kuntatti bilaterali abbażi ta’ negozju u tiġi identifikata l-possibbiltà ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.Aqra aktar

“Malta: il-livell li jmiss tfisser aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ” – Miriam Dalli

F’attività mtella’ għaż-żgħażagħ, l-Ewroparlamentari Miriam Dalli tisħaq dwar il-ħtieġa ta’ inċentivi u miżuri biex żgħażagħ ikomplu javvanzaw fl-istudji anke meta jibdew jaħdmu

Malta: il-livell li jmiss għaż-żgħażagħ tfisser aktar opportunitajiet ta’ studju, xogħol u investiment fit-talenti tagħhom. Qalet dan l-Ewroparlamentari Miriam Dalli waqt li kienet qed tindirizza attività mtella’ għaż-żgħażagħ ġewwa l-Esplora Science Centre, il-Kalkara.

“Għalija l-livell li jmiss hu li nkomplu nsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna u flimkien naraw l-affarijiet li bihom verament nistgħu nagħmlu bidla pożittiva,” qalet Miriam Dalli liż-żgħażagħ. “Nemmen li għandkom it-talent u rridu li ntukom l-opportunità tużaw it-talenti tagħkom.”Aqra aktar

Familji Rabtin li qatt ma kellhom aċċess għas-sistema tad-drenaġġ se jgawdu minn proġett ambjentali b’investiment ta’ €4 miljun

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi ħabbar proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li permezz tiegħu familji li jgħixu fi tliet żoni remoti fir-Rabat, għall-ewwel darba wara għexieren ta’ snin, se jkollhom aċċess għas-sistema tad-drenaġġ tal-Gvern.

Wara snin twal ta’ inkonvenjent, fejn ir-residenti kellhom jagħmlu użu ta’ fosos privati bil-problemi kollha li ġġib magħha—dik li timtela wara għaxart ijiem, tiġġenera ħafna traffiku ta’ bowsers, irwejjaħ, ħela ta’ fuel, emissjonijiet fl-arja, u perkolazzjoni ta’ drenaġġ fl-ilma tal-pjan—issa se tiġi mgħoddija sistema ġdida ta’ drenaġġ, l-istess bħalma sar fil-Baħrija taħt Gvern Laburista fl-ewwel leġiżlatura.Aqra aktar

Send this to a friend