One News | One News - Part 1728

One News

Notifiki

“Gvern b’impenn sħiħ biex jinstabu impjiegi alternattivi”

Fi stqarrija l-Partit Laburist qal li għall-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema minħabba takeover tal-kumpanija minn kumpanija oħra, il-Gvern ma qagħadx sempliċiment b’idejh fuq żaqqu iżda b’impenn se jkun qed jaħdem sabiex jinstabu impjiegi alternattivi għall-ħaddiema kollha.

Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-Oppożizzjoni, meta l-aħbar tkun kontra l-ħaddiema toħroġ togħrok idejha, iżda meta l-aħbar tkun bħal dik tad-De La Rue din il-ġimgħa, fejn il-kumpanija mhux biss mhux se tkeċċi l-ħaddiema, iżda se tkabbar l-operat, tibqa’ b’fommha magħluq.

Aqra aktar

Ċkejknin imma diġa’ interessati fit-turiżmu

Waqt attività marbuta mal-kampanja CHOICE f’lukanda ewlenija, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li huwa ta’sodisfazzjon li tara studenti ta’ età pjuttost żgħira li qed juru interess fl-industrija tat-turiżmu.

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, Malta diġà laqgħet ’il fuq minn 1.5 miljun turist, żieda ta’ 8.2% iktar mis-sena l-oħra.  Kif wieħed jista’ jimmaġina, dawn in-nies kollha joħolqu domanda għal servizzi u prodott ta’ kwalità. Għaldaqstant investiment fil-karrieri fit-turiżmu huwa ferm importanti, saħaq il-Ministru.

Propju minħabba dan, 15-il sena ilu l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta nediet il-kampanja CHOICE sabiex tkabbar l-għarfien dwar il-karrieri li jeżistu f’din l-industrija tant vasta.  Din il-kampanja hija mmirata għal studenti fl-iskejjel sekondarji, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu.  Dan il-programm joffri lill-istudenti tat-tielet sena sekondarja l-opportunità li jżuru lukandi diversi biex jieħdu għarfien ta’ kif titmexxa u x’karrieri wieħed jista’ jsib.

Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew jivvota biex iwaqqaf lit-Turkija milli tidħol fl-UE

Il-Parlament Ewropew ivvota biex jitwaqqfu il-pjanijiet li ilhom jiġu mħejjija biex it-Turkija tidħol fl-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni aktarx ġiet bħala rispons għar-ripressjoni t’Ankara tal-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti li bdiet f’Lulju wara li falla l-kolp ta’ stat.

479 Membri Parlamentari Ewropew ivvutaw favur il-mozzjoni biex jiġu emendati r-relazzjonijiiet ta’ UE-Turkija, b’37 kontra u 107 li astejnew.

Aqra aktar

APPROVAT il-villaġġ tal-Karnival

B’mod unanimu, bord mill-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival.

Huwa proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Dan tal-aħħar ġie rilokat.

Il-pjan kien tressaq quddiem il-MEPA, li  llum hi l-Awtorità tal-Ippjanar, u dwaru sar proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dilettanti tal-karnival. Permezz ta’ dan il-villaġġ, artisti differenti jistgħu jaħdmu qrib xulxin u se jingħata nifs ġdid lill-Karnival.

Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.Aqra aktar

Tindifa kbira l-Inwadar

Fdalijiet tal-kostruzzjoni, madum , banjijiet, fridges, apparat elettroniku u kull xorta ta’ skart. Huma dawn ix-xeni li kellhom ittapnu s-sbuħija tal-Inwadar, limiti ta’ Marsascala, hekk kif maż-żmien dan il-post serva ta’ miżbla, b’whud jiddeċiedu li jarmu dak kollu li m’għandhomx bzonn hemhekk. Kien ghalhekk li l-Gvern ħabbar li jwaqqaf l-ewwel park naturali nazzjonali matul din il-leġislatura, u anke waqqaf kumitat ta’ gwida biex iħejji ix-xogħol għall-pjan tal-immaniġjar tal-park u l-qafas ta’ tmexxija.

F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu ingħad li l-ewwel pass biex ikun imħares dan l-ambjent naturali huwa t’tindif tal-post. Huwa maħsub li se jkunu tneħħew mal-erbgħa mitt tunellata ta’ skart bl-interventi li saru fix xhur li għaddew u bil-ħidma li għada għaddejja.

Aqra aktar

Il-President tal-Eurogroup ħerqan għall-Presidenza Maltija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ f’Kastilja lill-Minstru għall-Finanzi Olandiż u President tal-Eurogroup Jeroen Dijsselbloem.

Fost oħrajn iddiskutew il-Presidenza tal-Kunsill, il-futur tal-unità monetarja u Brexit.

Qal li jinsab kuntent li Malta u l-Olanda lesti jikkollaboraw aktar mill-qrib, anke fid-dawl tal-Presidenza Maltija għas-sitt xhur li ġejjin. Qal li hemm bżonn li kulħadd jifhem ir-realtà ta’ pajjiżi żgħar, b’mod partikolari fis-settur bankarju. Fakkar li pajjiżna jista’ jitkellem minn aspett pożittiv, minħabba t-tkabbir ekonomiku li l-pajjiż qed jseperjenza u t-tnaqqis fid-defiċit. Emfasizza li Malta mhix sterjotip ta’ pajjiż membru Ewropew u tifhem il-kuntest ta’ realtajiet differenti.

Il-Ministru Olandiż qal li Malta hija eżempju għall-bqija tal-Ewropa minħabba t-tkabbir ekonomiku, u esprima ħeġġa li jikkollabora ma’ presidenza Maltija.

 

Traġedja skansata bi żbrixx – ara dan il-mument XOKKANTI

Filmat xokkanti li ttieħed f’Ħ’Attard juri mument li kważi ħataf il-ħajja ta’ persuna li kienet qed taqsam it-triq.

Minkejja li d-dawl tat-traffic lights qaleb aħmar, tal-linja baqgħat għaddejja, u mara li kienet qed taqsam skansat traġedja bi żbrixx.

Ara dan il-mument li jseħħ wara minuta u nofs mill-bidu ta’ dan il-filmat.

Aqra aktar

‘Il-Mument’ immultata €5,000 talli kitbet bl-amment fuq Franco Mercieca

Il-gazzetta Il-Mument instabet ħatja ta’ libell fil-konfront ta’ Franco Mercieca.

Il-Qorti għarfet li l-artiklu fl-isem “Fracno Mercieca jisfida u jibqa’ għaddej bil-prattika privata” li kien ippublikat f’Diċembru 2013 huwa kemm libelluż kif ukoll malafamanti.

Il-ġurnalist li kiteb l-artiklu b’edba ħin ma prova jivverifika l-istorja jew isisb fatti li seta’ jivverifikahom. Il-Maġistrat Francesco Depasquale kompla josserva li minflok mexa kif għandu jimxi ġurnalist, allega kontra Mercieca migħajr ebda verifiċi.

Il-gazzetta kienet ordnata tħallas €5,000 lil Franco Mercieca.

 

Kura b’dinjità

“Id-dinjità fil-kura hija essenzjali u għandha tibqa’ tingħata sal-aħħar mumenti tal-ħajja ta’ bniedem, għax kull persuna għandha dritt tmut b’dinjità.” Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li indirizza seminar organizzat mill-Malta Hospice Movement.
Il-Ministru Fearne qal li d-dinjità li għandu jkollu pazjent qed tkun aktar enfasizzata bit-tnedija tal-Patient Charter aktar kmieni din il-ġimgħa.

Aqra aktar

Send this to a friend