One News | One News - Part 1722

One News

Notifiki

Ewropej jemmnu li każijiet ta’ vjolenza domestika huma ġustifikati

Ħafna drabi l-vjolenza domestika tiġri wara bibien magħluqa, xi kultant quddiem għajnejn it-tfal, dak it-tifel jew tifla li żgur m’għandhomx ikunu esposti għal dawn it-tip ta’ xeni. Iżda dwar din it-tip ta’ vjolenza kull persuna għandha opinjoni differenti. Dan ħareġ minn stħarriġ li għamel l-uffiċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea fid-dawl li llum l-Ewropa tfakkar il-vittmi tal-vjolenza domestika bl-għan li toħloq aktar kuxjenza u għarfien.
Aqra aktar

Jonqos id-defiċit b’ €100,000,000

Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat kien ta’ €105 miljun. Dan ifisser tnaqqis ta’ €100 miljun fid-defiċit meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PN kien ħaqqu siġġu iżda ngħata tnejn

Skont is-sentenza tal-Qorti, il-Partit Nazzjonalista kien ħaqqu siġġu wieħed iżda ingħata tnejn bit-tħaddim tal-Kostituzzjoni biex il-Parlament ma jkunx kompost minn 70 deputat, iżda minn 71. Jispjega dan l-avukat Robert Abela fl-ewwel reazzjoni tiegħu għas-sentenza.
Aqra aktar

Sant kontra politika komuni dwar difiża u sigurtà

Il-Kostituzzjoni ta’ Malta għandha tipprojbixxi parteċipazzjoni f’alleanzi militari u huwa żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari.

Dan qalu fil-Parlament Ewropew Alfred Sant li ta r-raġunijiet tiegħu wara li vvota kontra ż-żewġ mozzjonijiet dwar tisħiħ tal-għodod militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tressqu quddiem il-plenarja.
Aqra aktar

Send this to a friend