One News | One News - Part 1720

One News

Notifiki

Il-Prim Ministru se jżur seba’ pajjiżi f’erbat ijiem

• Seba’ pajjiżi f’erbat ijiem
• Laqgħat ma’ mexxejja biex ikunu diskussi l-prijoritajiet
• Żjara fl-iktar bliet kapitali importanti

Għada l-Prim Ministru, Joseph Muscat, jibda vjaġġ marbut mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dan proprju ġimgħa wara li pajjiżna nieda l-identità viżwali tal-Presidenza u ħabbar ukoll il-prijoritajiet b’mod uffiċjali. Issa li baqa’ biss ftit iktar minn xahar għall-Presidenza, it-tħejjijiet isiru iktar intensivi u l-laqgħat politiċi jibdew ma jaqtgħu xejn saħansitra fuq livell ta’ mexxejja.
Aqra aktar

56 każ ġdid ta’ HIV f’pajjiżna

Din is-sena diġa kienu rreġistrati sitta u ħamsin każ ġdid ta’ HIV. Dan ifisser medja ta’ ħames każi ġodda kull xahar, biex kollox jindika li se tinqabeż iċ-ċifra rekord tas-sena li għaddiet. hekk kif kien hemm 59 każ ġdid ta’ HIV.

 

L-HIV  twassal għal marda tal-AIDS, u din is-sena kien hemm ukoll żewġ każi ta’ AIDS.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Tifel b’diżabilità jitlaq jimxi għall-ewwel darba fil-klassi

Minkejja li ta’ etá żgħira, tfal li għandhom biss sitt snin kienu emozzjonati ferm meta student li qiegħed fl-istess klassi magħhom u li għandu diżabilitá, telaq jimxi għall-ewwel darba.

Tispikka d-daħka fuq fomm it-tifel li seta’ jmur fejn sħabu u jimxi bħalhom, u li minkejja li ħaseb li qatt m’hu se jkun jista’ jimxi waħdu, irnexxielu jbiddel id-destin tiegħu.

Iċ-ċapċipa mill-qalb tal-LSA fuq wara tal-klassi iġiegħlna napprezzaw id-dedikazzjoni u l-ħidma tagħhom, li hija meqjusa bħala strumentali mill-ġenituri ta’ dawn it-tfal.
Aqra aktar

Bżonn t’iżjed interess f’karrieri finanzjarji

Fl-isfond li l-ekonomija sejra tajjeb, qed tiżdied id-domanda biex iżjed persuni jagħżlu karriera fil-qasam finanzjarju. Qasam, li għalkemm ma jappellax għal kulħadd, fi kliem iċ-Chairman tal-Borża ta’ Malta, huwa wieħed li joffri livell t’għajxien tajjeb għal min jagħżlu.
Aqra aktar

Ċentru għat-tifi tan-nar f’Santa Venera

Fi ftit xhur oħra mistenni jibda x-xogħol fuq ċentru tat-tifi tan-nar ġdid f’Santa Venera li se jtaffi l-piż fuq l-istazzjonijiet l-oħra f’Ħal Far, ix-Xemxija, u Kordin. Dan l-istazzjon mistenni jkun l-ikbar wieħed f’Malta u għalhekk se jsaħħaħ il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtá pubblika.
Aqra aktar

“L-istess arroganza ta’ qabel l-elezzjoni”

Wara li l-Qorti ddeċidiet li l-Partit Nazzjonalista għandu jingħata żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament, Simon Busuttil iddeċieda li jiċċelebra b’rally fid-Dar Ċentrali. Rally li l-uċuħ fih u t-ton użat ifakkru sew fiż-żmien ta’ qabel l-aħħar elezzjoni.
Aqra aktar

Send this to a friend