One News | One News - Part 1718

One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Malti li jipproduċi nbid b’differenza

Forsi ftit jafu li f’Malta, jinħadmu raba’ li jipproduċu inbid għal nies li ma jittolerawx il-glutina, vegan u dawk li huma veġetarjani

F’ waħda minn dawn l-għelieqi fl-inħawi tas-Salib tal-Għolja l-kollega Ayrton Mifsud iltaqa’ ma’ Mark Cassar li huwa l-uniku Malti li żamm t-traduzzjoni agrikola tal-passat li jipproduċi dan l-għeneb mingħajr sistemi artifiċijali.
Aqra aktar

Ġa qed ibassru li se jkabbru

Għalkemm ilha f’pajjiżna ftit ġimgħat biss, Aviation Cosmetics qed tara interess tant kbir f’ħidmietha, li tbassar li fi żmien sentejn se taffaċja l-bżonn li tkabbar l-operat tagħha f’pajjiżna. Aħbar tajba f’settur li fl-aħħar xhur ra tkabbir u tisħiħ notevoli.
Aqra aktar

Jinstabu katakombi taħt skola fir-Rabat

Taħt l-iskola sekondarja ta’ Sant Agatha fir-Rabat instabu numru ta’ katekombi li jmorru lura għal żmien ir-Rumani. Katekombi kemxejn differenti minn oħrajn anke jekk qegħdin ftit passi ‘l bogħod minn dawk li diġa huma stabbiliti.

Aqra aktar

F’care order għal iktar minn tliet snin

253 tifel u tifla ilhom għal iktar minn tliet snin taħt Ordni ta’ Ħarsien fejn ikunu segwiti minn ħaddiema soċjali mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ.

Dawn it-tfal ilhom f’din is-sitwazzjoni iktar minn sitta u tletin xahar minħabba li s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom baqgħet ma marritx għall-aħjar.
Aqra aktar

Miċħuda allegazzjoni ta’ profitti kbar

Il-Ministeru għax-xogħol u l-edukazzjoni rreaġixxa għall-artiklu li deher fuq The Sunday Times of Malta fejn kien allegat li l-General Workers Union se tagħmel profit ta’ tmien miljuni u nofs minn skema tax-xogħol maħruġa mill-gvern.
Aqra aktar

Daqshekk liċenzji ġodda għall-parkers

Transport Malta m’għadhiex toħroġ liċenzji ġodda għall-parkers. Iżda minkejja li mhux qed jingħataw liċenzji ġodda, il-liċenzji tal-parkers eżistenti qed jiġġeddu minn din l-entitá li hija responsabbli li tirregola l-operat tal-car park attendants.
Aqra aktar

Send this to a friend