One News | One News - Part 1717

One News

Notifiki

Jitlaq lejn il-Vatikan il-presepju Malti li se jkun esebit fi Pjazza San Pietru

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru telaq minn Malta lejn il-Vatikan il-presepju Malti li se jkun qed jiġi esebit ġewwa Pjazza San Pietru.

Wara jumejn ta’ tgħobbija tal-materjal ta’ dan il-presepju ġo żewġ containers, dan issa telaq lejn il-Vatikan sabiex jiġi armat fi Pjazza San Pietru u mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru jkun jista’ jibda jpaxxi l-għajn ta’ min izur il-Vatikan sat-8 ta’Jannar.

Hekk kif tħabbar waqt konferenza stampa fit-22 t’Ottubru, kif jgħaddi dan iż-żmien imbgħad se jkun esebit f’pajjiżna f’postijiet pubbliċi fi żmien il-Milied.

Dan il-presepju huwa wieħed partikolari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju.

Aqra aktar

Vitals isaħħaħ it-tim ta’ tmexxija b’ħatriet ġodda

Vitals Global Healthcare, responsabbli mit-tmexxija tal-proġett bejn il-gvern u l-privat fil-qasam tas-saħħa b’investiment ta’ mitejn miljun ewro, saħħet it-tim ta’ tmexxija tagħha b’ħatriet ġodda.

Armin Ernst, espert mediku mħarreġ Harvard, se jkun il-Kap Eżekuttiv. Ernst kiteb seba’ kotba u iktar minn mitejn manuskritt marbuta mal-qasam tal-kura medika u qabel ingħaqad ma’ Vitals Global Health Care kellu karigi importanti f’ċentri mediċi u sptarijiet kbar, fosthom fl-Istati Uniti.

Eric Buehrens ingħaqad mat-tim tat-tmexxija bħala Kap tal-Operazzjonijiet. Dan ukoll ilu fl-industrija diversi snin u ħadem ukoll fl-iskola medika ta’ Harvard u diversi postijiet oħra. Ma’ dawn tħabbru wkoll numru ta’ ħatriet oħra lkoll ta’ nies b’esperjenza fl-oqsma tagħhom.

Aqra aktar

X’qalilna Michael Owen dwar il-fatt li rtira Steven Gerrard

Irtira mill-karriera tiegħu Steven Gerrard tal-Liverpool. Waqt il-programm Pjazza kienu mfakkra l-aktar mumenti memorabbli tiegħu flimkien mal-famużissimu Martin Tyler minn Sky Sports, li minn jaf kemm għajjat isem Gerrard fil-kummentajri tiegħu.

Hawn tista’ tisma’ wkoll il-kumment li bagħat Michael Owen lill-programm Pjazza.

Aqra aktar

Ġejjin ħafna Pollakki

Din il-ġimgħa fil-Paralment ingħad li s-suq Pollakk huwa suq ieħor li qiegħed jagħti sodisfazzjon lil pajjiżna, b’riżultati tajbin ħafna f’dawn l-aħħar sentejn.

  • Fl-2013, kienu żaruna 23,889 turist mill-Polonja
  • Fl-2014 dan in-numru tela’ għal 34,723
  • Fl-2015 intlaħqet iċ-ċifra ta’ 46,233 ruħ

Meta tqabbel l-ammont ta’ 20,086 viżitatur mill-Polonja illi ġew fl-2012 ma l-2015, l-ammont iktar milli rdoppja.  Tabella bil-figuri qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aqra aktar

Suq u mexxi!

Il-grupp The Guiding Light Group għal ħmistax-il sena organizza l-Presepju Ħaj fix-Xagħra bl-għan ewlieni li jwassal lil kull viżitatur il-messaġġ ta’ ferħ, tama u sliem marbut mal-ġrajja tal-Milied. Sabiex dan il-għan jiġġeded u jispira aktar nies f’soċjetà’ li kulma jmur tinbidel, is- sena l-oħra, il-grupp ħa deċiżjoni li jibdel il-preżentazzjoni ta’ din l-attività mill-għeruq billi jorganizza l-Presepju Suq u Mexxi.

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni tal-Presepju Suq u Mexxi, il-Grupp, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Lokali tax-Xaghra, Milied f’Għawdex u l-Għaqda Milied fix-Xagħra, se jerġa’ jorganizza din l-attività tal-Milied b’differenza.

Presepju Suq u Mexxi huwa proġett partikulari u jista’ jitqies bħala teatru ambulanti fil-miftuħ, uniku għall-gżejjer Malti. Triq Għajn Ħosna, li tagħti għall-bajja pittoreska tar-Ramla l-Ħamra, tinbidel f’xenarju mhux tas-soltu, fejn is-sewwieqa u passiġġiera jgħixu l-ġrajja tal-Milied minn ġol-vettura tagħhom. Din l-attivita’ tista’ titella biss bl-ghajnuna ta’ madwar 200 voluntier mix- Xagħra.

Aqra aktar

Il-PN jiċċelebra fid-daħla tad-Dar Ċentrali

Il-Partit Nazzjonalista organizza dak li kellu jkun rally biex jiċċelebra sentenza tal-Qorti u dan għamlu fid-daħla tad-dar ċentrali. Għalih attendew l-akkaniti tal-Partit li fl-aħħar xhur Busuttil ħadhom miegħu kull meta ried jagħmel l-istorbju, bħal meta ġew aggrediti ġurnalisti ta’ ONE NEWS quddiem il-Qorti.
Aqra aktar

Send this to a friend