One News – Page 17 – One News

One News

Notifiki

Qed jistedinha!

Ritratti li ntbagħtu lil dan is-sit minn qarrej ftit tal-ħin ilu nisslu tħassib serju dwar x’prekawzjonijiet il-ħaddiema qed jieħdu f’siti tal-kostruzzjoni. Ir-ritratti li rċivejna juru ħaddiem fuq pont jagħmel xogħol fuq faċċata ta’ binja f’Rue d’Argens, il-Gżira. Aqra aktar

Jinġabru tunellata ta’ skart minn qiegħ il-baħar f’San Ġiljan

Iktar minn tunnellata ta’ skart inġabru minn qiegħ il-baħar f’ħidma kkordinata bejn il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi u l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu.

Dan f’inizjattiva oħra ta’ tindif ta’ qiegħ il-baħar li saret fl-aħħar jiem.

L-iskart varja minn flixken u oġġetti oħra ta’ konsum t’ikel u xorb, sa biċċiet kbar tal-ħadid li kienu ntremew fil-baħar.

Aqra aktar

Dħul imraħħas u ġurnata attivitajiet fil-Fort Sant’Anġlu f’Jum il-Vitorja 

Heritage Malta se tiftaħ il-Forti Sant’Anġlu għall-prezz imraħħas ta’ €2 f’Jum il-Vitorja, 8 ta’ Settembru, għal dak li issa sar appuntament tradizzjonali.

Għall-avveniment ta’ din is-sena tħejja programm ta’ attivitajiet matul il-ġurnata kollha, mid-09.00am sas-06.00pm, filwaqt li l-Forti Sant’Anġlu huwa wkoll fost fortifikazzjonijiet oħrajn li ntgħażlu għal Jum tal-Fortizzi Ewropej ta’ din is-sena.
Aqra aktar

F’Lulju: il-persuni fuq il-kotba tal-qgħad jonqsu b’9.5%

F’Lulju: il-persuni fuq il-kotba tal-qgħad jonqsu b’9.5%

Ikomplu l-istatistiċi pożittivi dwar is-suq tax-xogħol f’pajjiżna b’ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li sal-aħħar ta’ Lulju li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’disgħa punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Dan biex sal-aħħar tal-Lulju li għadda, il-persuni fuq il-kotba tal-qgħad naqsu għal elf, sitt mija u erbgħa u ħamsin ruħ.
Aqra aktar

Send this to a friend