One News – Page 15 – One News

One News

Notifiki

Jinstab mejjet Patrick Grima, il-Ħanfusa

It-Tlieta filgħodu ħalla lil din id-dinja Patrick Grima jew kif isibuh ħafna bħala l-Ħanfusa fl-eta ta’ 62 sena. Huwa nstab mejjet f’daru fil-Belt Victoria.

Lil Patrick dejjem kont tarah jieħu tazza kafe minn xi ħanut fir-Rabat Għawdex u ser jibqa’ mfakkar ta’ kemm kellu karratru dħuli.

Patrick il-Ħanfusa ser jibqa’ magħruf għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-1994, fejn kien ikkontesta u ġie elett mal-ewwel għadd taħt il-partit indipendenti ‘Hard Rock’.

Riċentament il-Ħanfusa sab postu fil-Prespeju tal-personaġġi Għawdxin.

Ritratt: The People of Malta

 

 

Għada jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li issa stabbilixxa ruħu bħala l-aktar avveniment prestiġġjuż li għandu x’jaqsam mal-kotba f’Malta, se jiftaħ il-bibien tiegħu lill-pubbliku għada l-Erbgħa 6 ta’ Novembru, u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Illejla jkun hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ li tkun tinkludi t-tħabbir tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Terramaxka. Aqra aktar

Send this to a friend