One News | One News - Part 14

One News

Notifiki

L-aħwa Degiorgio jipprotestaw dwar it-telefonati interċettati

L-aħwa Degiorgio li flimkien ma’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, preżentaw protest ġudizzjarju fejn talbu lil Avukat Ġenerali u lil Kummissarju tal-Pulizija fost l-oħrajn biex fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa jippreżentaw kopji tar-recordings u rendikont ta’ dak li ntqal fit-telefonati interċettati. Aqra aktar

Portelli serraħ rasu b’fattigi… iżda għandu problema b’Purèe

Fil-kurituri ta’ media.link ħafna nnutaw kif Pierre Portelli ħa ħsieb li qabel jitlaq għalkollox mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv jerġa’ jdaħħal id-drama Fattigi. Din id-drama kienet ħolqot kunflitt u konfużjoni sħiħa fid-Dar Ċentrali għaliex ħafna kienu attakkaw lil Pierre Portelli b’kunflitt ta’ interess meta daħħalha fl-iskeda li għaddiet. Dan f’deċiżjoni li ħafna interpretawha bħala waħda biex taġevola l-kumpanija tiegħu u ta’ martu. Agħar minn hekk, fil-bidu kellu wkoll kunflitt ma’ Sandro Vella li kien l-awtur ta’ din id-drama. Kunflitt li kienet spiċċat daħlet fih mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Aqra aktar

Send this to a friend