One News | One News - Part 13

One News

Notifiki

“Malta bl-akbar tkabbir fil-ġid nazzjonali u fl-impjiegi madwar l-UE” – il-Kummissjoni Ewropea

 

Il-Kummisjoni Ewropea qed tbassar li din is-sena l-ekonomija Maltija se tirreġistra l-akbar tkabbir minn fost l-ekonomiji Ewropej kollha.  Fil-fatt fl-Spring Economic Forecast l-esperti tal-Kummissjoni qed jantiċipaw li fl-2019 il-ġid nazzjonali ta’ Malta ser jikber b’5.5%. Din ir-rata hija kważi punt perċentwali u nofs aktar minn dik imbassra għall-pajjiż bit-tieni l-għola tkabbir, il-Polonja.

Dan kien it-tieni darba f’sitt xhur li l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea ħassew li kellhom jirrevedu ’l fuq il-prospetti ekonomiċi ta’ pajjiżna.  Fil-fatt fl-Autumn Forecasts li kienu ħarġu f’Novembru li għadda l-esperti Ewropej kienu bassru tkabbir ta’ 4.9%, liema tkabbir kien ġie rivedut għal 5.2% fit-tbassir li kien sar fi Frar, u issa dan ġie rivedut għal 5.5%.  Aqra aktar

“Toni Bezzina jkompli jnaqqar il-kredibiltà ta’ Adrian Delia”

Is-sentenza tal-appell fil-każ li d-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina beda kontra l-Prim Ministru u li fi stadju ta’ appell Bezzina reġa’ tilef, tkompli tnaqqar il-kredibiltà tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia.

Dan għax filwaqt li jitkellem kontinwament fuq governanza tajba Delia issa waqa’ fil-muta. Din hi karatteristika ta’ Delia li jgħid mod u jagħmel ieħor u fil-25 ta’ Mejju l-poplu jrid jiġġudika fuq hekk ukoll.Aqra aktar

Send this to a friend