Odette Vella | One News

Odette Vella

Odette Vella ilha 15-il sena fis-settur tal-Affarijiet tal-Konsumatur, u llum il-ġurnata hija d-Direttur tal-Informazzjoni, Riċerka, u Edukazzjoni fl-Uffiċju għall-Affarijeit tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Vella tieħu ħsieb li jkun hawn għarfien xieraq fuq id-drittijiet tal-konsumatur u l-edukazzjoni tal-konsumaturi biex dawn ikunu infurmati sew waqt u wara x-xiri.

Notifiki

Dak kemm jiswa?

Id-dritt għall-għażla huwa wieħed mit-tmien drittijiet bażiċi li għandna bħala konsumaturi. Dan id-dritt ifisser li fis-suq għandna nsibu prodotti ta’ kwalitajiet differenti bi prezzijiet differenti biex b’hekk inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar għażla skont il-bżonnijiet u l-but tagħna. Pero’ biex verament nagħmlu l-aħjar għażla, importanti li nkunu nafu x’hemm fis-suq u dan nistgħu nagħmluh biss billi nduru diversi ħwienet u naraw x’għandhom għall-bejgħ. Għażla ta’ xiri tajba tiddependi wkoll minn informazzjoni ċara u korretta fuq il-prodotti offruti għall-bejgħ.

Aqra aktar

Kif isir ilment effettiv

Bħala konsumaturi niltaqgħu ma diversi sitwazzjonijiet fejn ikollna nilmentaw ma’ tal-ħanut minħabba l-fatt li prodott jew servizz li nkunu xtrajna ma jkunx qed jaħdem kif suppost jew ma jkunx kif ftehmna waqt ix-xiri. Pero’ kemm fil-fatt nafu kif għandna nġibu ruħna biex inressqu l-ilment tagħna bl-aħjar mod u nakkwistaw fl-inqas żmien possibbli dak il-kumpens jew rimedju li għandna dritt għalih bil-liġi?Aqra aktar

Il-Garanziji Kummerċjali- jagħtuna aktar valur għal flusna?

Meta bħala konsumaturi nixtru oġġetti għall-użu personali tagħna hemm liġi speċifika li tipproteġina, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Din il-protezzjoni tapplika meta l-oġġetti li nixtru jew ma jkunux addattati għall-użu li suppost jagħmlu minħabba xi difett jew problema oħra, jew ma jkunux skont kif mifthiem fil-kuntratt tax-xiri. Meta jiġri hekk il-bejjiegħ huwa legalment responsabbli li jipprovdina b’rimedju. Ir-rimedji disponibbli huma jew li l-oġġetti jissewwew jew jinbidlu. M’għandux ikun hemm ħlas addizzjonali biex ningħataw dawn ir-rimedji. F’sitwazzjoni fejn la t-tiswija u l-anqas il-bdil ma jkunu possibbli, jew ikunu ser joħolqulna inkonvenjent kbir biex isiru, il-liġi tagħtina d-dritt li minflok nitolbu flusna kollha lura jew parti minnhom. Dawn ir-rimedji legali huma disponibbli għalina l-konsumaturi sa sentejn wara li nieħdu pussess tal-oġġetti mixtrija. Importanti li la darba nindunaw b’xi difett jew problema ninfumaw lill-bejjiegħ bil-miktub dwar dan, permezz ta’ ittra reġistrata, fi żmien xaharejn.

Aqra aktar

Id-drittijiet tal-konsumatur qabel jiffirma kuntratt ta’ xiri

Il-verità hi li huma ftit dawk il-konsumaturi li jaqraw it-termini u kundizzjonijiet ta’ kuntratt li jkunu ser jiffirmaw. Sfortunatament hija biss meta tinqala problema bix-xiri li ninteressaw ruħna naqraw dak li nkunu ffirmajna għalih u xi drabi jista’ jkun tard wisq. Per eżempju, nordnaw xi għamara li ma tiġix ikkunsinnata fid-data mifthiema jew tasal differenti minn kif ordnata. X’jiġri jekk meta niċċekkjaw il-kuntratt tax-xiri nindunaw li dan ma jinkludix id-data tal-kunsinna jew li ma jkunx hemm deskrizzjoni dettaljata ta’ dak li ordnajna? F’sitwazzjoni bħal din nistgħu niffaċċjaw diversi problemi biex nippruvaw x’kien il-ftehim oriġinali u biex nieħdu rimedju ġust.Aqra aktar

Nitlob il-flus lura jew naċċetta nota ta’ kreditu?

Meta aħna l-konsumaturi nirritornaw xi oġġetti lura għand il-bejjiegħ, mhux dejjem inkunu nafu kif tipproteġina l-liġi fiċ-ċirkustanza li nkunu fiha u għaldaqstant ma nkunux nafu jekk għandniex dritt ninsistu li ningħataw flusna lura jew naċċettaw in-nota ta’ kreditu offruta mill-bejjiegħ.

It-tip ta’ rimedju li għandna ningħataw meta prodott jiġi ritornat għand il-bejjiegħ jiddependi jekk il-prodott qed jiġi ritornat għaliex huwa difettuż jew għaliex ma nixtiequx inżommu l-oġġett mixtri.

Meta nibdlu l-ħsieb dwar il-prodotti mixtrija, il-bejjiegħa m’għandhomx obbligu legali li jagħtuna rifużjoni tal-flus li nfaqna. Fortunatament għalina l-konsumaturi l-maġġor parti tal-bejjiegħa jaddottaw policies ta’ ritorn li jippermettu lill-konsumaturi jirritornaw oġġetti mixtrija u jekk iridu jibdluhom ma’ prodotti oħra. Ċertu bejjiegħa joffru wkoll noti ta’ kreditu f’sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi ma jsibux prodott ieħor ma x’hiex jibdlu l-oġġett li ma jridux.  Sabiex jibbenefikaw minn dawn il-policies ta’ ritorn il-konsumaturi jiġu mitluba li jimxu ma’ numru ta’ kundizzjonijiet bħal per eżempju li jirritornaw il-prodott li ma jridux sa’ data partikolari, li ma jużawx l-oġġett u li ma jaqtgħux tikketti jew li ma jarmux il-packaging oriġinali.Aqra aktar

Problemi b’kunsinna ta’ prodotti u d-drittijiet tal-konsumaturi

Meta konsumaturi jixtru oġġetti li ma jieħduhomx magħhom id-dar la darba jiġi konkluż ix-xiri, ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatu jistipulaw kif għandha ssir il-kunsinna ta’ dawn l-oġġetti. Skont din il-liġi, l-bejjiegħa għandhom tletin ġurnata mid-data tal-kuntratt tax-xiri sabiex iwettqu l-kunsinna tal-oġġetti mixtrija. Dan sakemm ma tkunx ġiet mifthiema data ta’ kunsinna meta sar ix-xiri. F’dan il-każ hija din id-data li torbot legalment.Aqra aktar

Problemi waqt vjaġġar

Meta nippjanaw vaganza rari noqgħodu naħsbu fuq il-problemi li nistgħu niltaqgħu magħhom. Il-ħsibijiet tagħna jieħduna fuq il-postijiet li ser inżuru u l-pjaċir li ser nieħdu mal-familja jew ħbieb tagħna. Waqt li aħna nistgħu nagħmlu ħilitna biex nippjanaw il-vaganza perfetta, sfortunatament jistgħu jinqalgħu problemi li ma nkunux ħsibna dwarhom. Kif għandna nsolvu dawn il-problemi u min hu responsabbli jipprovdina b’soluzzjoni?Aqra aktar

Send this to a friend