Nigel Vella – Page 6 – One News

Nigel Vella

Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Notifiki

Imġienen

Hemm min jgħidlek li l-liġijiet li daħħal dan il-Gvern huma ġennata sħiħa. Ġennata għax il-Gvern qed jintrabat b’mod iebes ħafna li l-operat tiegħu, il-mod kif jaħdem, ikunu ddedati minn sett ta’ regoli li huma impenjattivi.

Ħafna jgħidulek, iva kien hemm għalfejn li ndaħħlu jew biex ikun korrett, noqgħodu niddiskutu l-liġi tal-istandards fost l-oħrajn, wara 25 sena li fihom ma sar xejn? Kif se nitrabbtu b’liġi din it-tip propju aħna f’nofs leġislatura, mank tajna ċans li jintemm il-mandat, imbagħad bħal ma kien jiġri qabel, naraw x’jiġri wara.

Kien hemm bżonn il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti?, u jekk kien hemm verament bżonnha kif ma kienx hemm il-finanzjament mill-istat kif kien ippropona l-PN? Kif daħlet il-liġi tal-whistleblowers u  t-tneħħija tal-preskrizzjoni? Għalfejn qed isir ir-riforma fil-lands? U l-aħħar iżda mhux l-inqas, għalfejn qed niftħu front ieħor mal-forzi konservattivi tal-pajjiż bit-tneħħija tal-vilifikazzjoni tar-reliġjon, liġi li ilha fis-seħħ mill-1933 u d-dikriminilizazzjoni tal-pornografija, għajr dik estrema?

Aqra aktar

Ironija mdemmija

14 ta’ Lulju 1789 – il-poplu Franċiż jirrvela kontra s-simbolu tar-Reġim tat-Terrur, Bastillja, fejn ħafna kienu jinżammu arrestati.

14 ta’ Lulju 2016 – il-poplu Franċiż jikbi ġlieda oħra mitlufa ma’Reġim ieħor tat-Terrur, waqt li qed jiċċelebra l-ewwel gwerra mirbuħa 227 sena qabel.

X’ironija. Ironija mdemmija u ta’ swied il-qalb.

Aqra aktar

Eżempju lill-pajjiż kollu

L-imħabba – dan hu l-unika mod li tista’ tfisser il-ġest li sar. Mument storiku għal pajjiżna, l-ewwel koppja gay permezz tal-liġi li daħħal dan il-Gvern, setgħet tadotta. Adottat tifel downs il-ġmiel tiegħu u tat tagħlima lill-pajjiżna ta’ xi tfisser l-imħabba.

Iċċassajt lejn dak il-wiċċ ħelu ta’ Ben, tifel li sab żewġ persuni li se jkunu qed jindukrawh u jagħtuh dak kollu li se jkollu bżonn.

Aqra aktar

Dejjem sejjer lura

Faċli tparla. Faċli taqbad u titkellem, iżda li jgħodd mhux kemm tgħid, iżda x’tgħid, anzi oltre’ minn hekk, mhux il-kwalità, iżda l-azzjoni.

Jien naf b’wieħed li jgħid ħafna, iżda ma jagħmel xejn milli jkun qal, jew jagħmel bil-kontra propja.

Ovvjament ma tridx tkun għaref ħafna biex tinduna għal min qed ngħid. In-nies drawh li joqgħod isemmi l-istandards, rigi u proposti meta jkun hemm xi okkazjoni li jaħseb li minnha jista’ jieħu xi vantaġġ politiku. Iżda ma jqisx li meta jkollu okkazzjoni hu, li minnha jista’ jitlef mhux jiggwadanja (diġa’ kellu ħafna), il-minimu li jrid jagħmel huwa li jimxi ma’ dak li jkun qal fuq ħaddieħor.

Aqra aktar

Send this to a friend