Nigel Vella – Page 2 – One News

Nigel Vella

Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Notifiki

Irridu nkomplu nissalvagwardjaw il-Każini tal-Baned tagħna

Mhux xi sigriet li f’Malta għandna każini li bħalissa għaddejjin mill-burraxka ta’ problemi mas-sidien rispettivi, b’uħud diġa’ f’battalji legali u ħafna taqtiegħ il-qalb li jista’ jintilef il-post li għal ħafna huwa d-dar tagħhom, kważi aktar mid-dar proprja tagħhom.

Il-każini tal-Baned mhumiex il-każini tal-festi biss, ta’ ġimgħa waħda minn 52 f’sena. Il-każini tal-Baned huma parti sostanzjali mill-Kultura tagħna, ta’ dak li jagħmilna Maltin. Il-Każini huma espressjoni kulturali li ilu magħna għal ħafna u ħafna snin.

Il-każini tal-Baned kienu pjattaforma għall-maġġoranza assoluta tal-iprem Mużiċisti li għandna f’pajjiżna, li ħadu t-tagħlim mużikali senza interessi, kienu wkoll il-bidu ta’ ħafna persuni li jaħdmu jew kienu jaħdmu f’oqsma oħrajn kulturali hekk kif ħidmet il-każini hija waħda mifruxa ħafna.Aqra aktar

Dak li ma qalx Joe Mikallef tan-Nazzjon…

Joe Mikallef tan-Nazzjon, psewdo-ġurnalist tal-Partit Nazzjonalista, din il-ġimgħa kiteb ħrafa jew storja mingħajr l-ebda valur ta’ aħbar, kif jagħmel is-soltu, dwar żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu għamlu f’Ruma biex isegwu l-finali tal-Coppa Italia bejn Milan u Juventus.

Għal Joe Mikallef u allura anke għal Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia, li għandhom kontroll dirett fuq dak li jinkiteb fil-gazzetta tagħhom, dan kien skandlu kbir. Kien skandlu kbir, li missier ta’ familja mar jara lit-tim favorit tiegħu (ħalliha li ma ġietx tajba zgur għall-Prim Ministru!) flimkien ma’ ħbieb u kollegi. Break żgħir għall-familja tal-Prim Ministru kien skandlu skont Mikallef u n-Nazzjon, iżda ma kienx skandlu għalihom li Tonio Fenech kien qabad private jet ma’ negozjant biex imur jara l-Arsenal. Dik tista’ tagħmilha!Aqra aktar

Jason Azzopardi: l-impersonifikazzjoni tal-ipokrezija

Sinċerament mhux għax huwa Deputat tal-Oppożizzjoni, jew għax iħaddan opinjonijiet differenti minn tiegħi, iżda meta nara lil Jason Azzopardi, fih nara l-impersonfikazzjoni tal-ipokrezija.

Nammetti li jekk ikun hemm xi ħadd li jisimgħu fil-Parlament u ma jkunx jaf il-background tiegħu tibda taħseb li huwa awtorità biex jitkellem fuq suġġetti tal-kontabilità, trasparenza, governanza tajba u issa fl-aħħar l-ambjent.Aqra aktar

Il-futbol Malti għandu bżonn ċaqlieqa mill-qiegħ

Bħala persuna li nsegwi b’attenzjoni l-futbol Malti, nemmen li dan l-isport għandu bżonn ċaqlieqa mill-qiegħ.

Ċertament li mhu qed ngħid xejn li qatt ma smajna, iżda ħafna drabi dejjem nitkellmu fuq il-ħtieġa ta’ bidla fil-futbol mill-perspettiva tal-kwalità tal-players Maltin, kemm hemm Maltin li jilgħabu barra pajjiżna, il-kwalità tal-kampjonat, il-livell ta’ barranin li jilgħabu fil-kampjonat tagħna u l-livell tal-infrastruttura li ngawdu minnu.

Jien nemmen li hemm aspetti oħra li wieħed għandu jħares lejhom. Wieħed minnhom huwa l-livell tal-uffiċjali tal-logħba. Hemm bżonn li sabiex il-futbol Malti jkompli jipprogressa, ikun hemm uffiċjali tal-logħba li jkunu preparati aktar, li jkun hemm aktar kontabilità fuq l-andament tagħhom fil-logħba u l-follow-ups li jsiru wara. Ma rridx niġġeneralizza, hawn referees li huma tajbin ħafna, meta tqis kemm trid tkun spedit biex tieħu deċiżjoni waqt logħba futbol, u bħal kull bniedem ieħor huwa suxxetibli li jagħmel żbalji, liema żbalji tagħhom jidher aktar, iżda trid tara jekk ikunx hemm konsistenza f’ċertu żbalji li ħafna drabi jikkastigaw l-istess timijiet.

Aqra aktar

L-ewwel lezzjoni: tigdibx għax tinqabad!

Ilbieraħ il-Prim Ministru kixef aktar ipokrezija tal-Oppożizzjoni, mhux għax kellu jagħmel xi sforz kbir ħafna, għax hija xi ħaġa evidenti daqs kemm huma evidenti s-siġar fil-ġonna.

Waqt id-dibattitu fuq mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni kontra l-investiment tal-Università Amerikana f’Malta, l-istess mozzjonijiet u kampanji kif għamlet fil-każ tal-investiment tal-Power Station, l-investiment tal-Enemalta, il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment u kull investiment li ta jew seta’ jagħti tefa’ oħra ‘l quddiem l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru żvela kif l-eks-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil issa daħal jgħallem l-Università ta’ Malta. Daħal jgħallem il-liġi Ewropea.

Minkejja li huwa l-kelliem tal-Good Governance, minkejja li qażżeż lil kulħadd jattakka lil dak u l-ieħor għax skontu trid timxi bil-meritokrazija, trid timxi fuq sett ta’ regoli, huwa daħal jgħallem mingħajr sejħa pubblika.Aqra aktar

L-ewwel ġustizzja li jrid jagħmel Delia hija mal-poplu kollu

Dħaqt, nammetti, meta waqt li l-poplu Malti u Għawdxi kien qed isegwi l-Eurovision, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ stqarrija li kellu joħroġ f’nofsinhar u li fiha ħabbar ix-shadow cabinet tiegħu.

Malli rajt l-irwoli kif ġew imqassma minn Delia u sħabu Pierre Portelli u Clyde Puli, spikka isem il-Kap tal-Oppożizzjoni stess.

Delia ħa f’idu l-ġustizzja.

Dħaqt għax bil-mossa tiegħu stess ma ndunax x’għamel.

Aqra aktar

Ittra miftuħa lil Simon Busuttil …

Dr Busuttil,

Fl-aħħar sigħat qed naraw il-maskra li pruvajt tilbes biex tidħol Kastilja biha taqa’. Mhux għax kien hemm xi dubju dwar kemm kienet maskra, kulħadd kien jaf, kulħadd kien jaf kemm il-gidba li rkibt fuqha kienet biss dar mibnija fuq it-tafal, iżda issa qed joħorġu l-fatti li l-poplu kollha fehem qabel l-elezzjoni, iżda li inti, minkejja li ħadt u tajt l-ikbar telfa elettorali l-Partit li suppost kont tmexxi, għadek b’qalbek marbuta magħha.Aqra aktar

Ġustizzja à la carte

Kont ilni ftit ma nikteb xi ħaġa, iżda ma stajtx ma ngħid xejn b’dak li rajt ilbieraħ u dalgħodu stess fuq social media b’rabta mal-arresti li saru lbieraħ.

Mhux l-iskop tiegħi li nkun politiku, għax il-ġrajja tal-bieraħ, jew aħjar l-operazzjoni li wettqu l-Pulizija, is-Servizzi tas-Sigurtà u l-Armata, ma jixraqilhomx li nwaqqgħuha f’logħba hekk meta r-riskju li ħadu lkoll biex kollha kemm aħna, Laburisti u Nazzjonalisti, ngħixu f’ambjent aktar sigur.Aqra aktar

Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd…

Sinċerament minkejja li issa reġa’ beda l-futbol fuq it-televixin xorta waħda m’hemm xejn isbaħ milli tiftaħ borża popcorn jew naqra karawett u toqgħod taqra u tara dak li għaddej l-istamperija, jew dak li fadal minnha.

Sitwazzjoni fejn eks-Deputati tal-PN jibgħatu r-ritratti lill-blogger tal-ħdura li issa hemm ħafna fil-PN li qed iduqu ftit minn dak li ilhom iduqu bosta Laburisti għal snin twal, fuq delegati tal-PN stess. Sitwazzjoni fejn għaddejjha kampanja ċara u b’għanijiet aktar ċari biex ikun imminat Adrian Delia mit-tellieqa, tant li nħatar ‘kumitat fallaċi’ immexxi mill-mentor ta’ Simon Busuttil, Louis Galea u l-eks-pro-Rettur Maryanne Lauri li ħadmet tant ma’ Busuttil spalla ma’ spalla sa ftit xhur ilu u li se jagħtu risposta huma dwar il-futur ta’ Delia stess.

Aqra aktar

Marlene tal-Malta rekords!

Ħafna jitkellmu fuq Marlene Farrugia. Min ifaħħarha, min imaqdarha. Iżda ħadd għadu ma ferħilha tar-rekord li kisret!

Ir-rekord m’għandux jaqsam mal-platti tal-Banda li tant huma għal qalbha, (anke lili jogħġbu) Marlene Farrugia kisret rekord ieħor.  Farrugia hija l-unika persuna f’Malta li rriżenjat minn tliet partiti differenti. Mhux milestone?Aqra aktar

Send this to a friend