Nigel Vella | One News

Nigel Vella

Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Notifiki

Konfoffa

Se ngħidha mill-ewwel biex tkun ċara, m’għandi l-ebda interess u ma rridx nidħol fl-affarijiet personali u familjari tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dak jarahom hu flimkien mal-familja tiegħu.

Iżda rrid nagħmel referenza għal dak li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, għax it-taħdida ma’ ġurnalista tan-NET li kellu kienet waħda surreali.

Kienet surreali mhux biss għax għamel 85% tad-diskors tiegħu jattaka lill-Gvern fuq il-Kultura, li llum hawn qbil ġenerali fil-pajjiż kemm fl-aħħar qed jingħata importanza lil dan is-settur, mhux għax fetaħ attakk fuq l-ekonomija li llum hawn qbil mhux biss fil-pajjiż, iżda anke barra minn Malta, li pajjiżna huwa minn ta’ quddiem f’dan ir-rigward, iżda surreali għax spiċċa biex waħħal f’Joseph Muscat, il-Gvern u l-Partit Laburista għall-attakki li huma ġejjin mill-Partit Nazzjonalista stess.Aqra aktar

M’hemmx warda bla xewk għal Adrian Delia

Il-Malti jgħid li m’hemmx warda li hija bla xewk, ifisser li kull ħaġa jista’ jkollha l-aspett mhux daqshekk pożittiv tagħha, minkejja li l-opportuntà taf tidher li hija sabiħa, sabiħa bħal warda.

Dan huwa proverbju li jidħol kexxun fil-każ ta’ Adrian Delia.

Miskin jipprova. Jipprova, imma ma tistax tiġih waħda li hi waħda tajba.Aqra aktar

Malta ċampjins tal-futbol

Ċampjins, iva. Malta ċampjins tal-futbol tat-timijiet li jispiċċaw dejjem l-aħħar u li l-livell dejjem nieżel ‘l isfel. It-tim Nazzjonali tal-futbol tagħna hekk spiċċa. Ngħidha kontra qalbi, għax jien inħobb lill-pajjiżi, inħobb il-futbol u nħobb lit-tim Nazzjonali li jirrapreżenta pajjiż sħiħ.

Imma dak li huwa iswed iridu ngħidulu iswed, u dak li hu abjad, iridu ngħidulu abjad.Aqra aktar

L-allat tal-ipokresija

Is-7pm tal-bieraħ. Sar il-ħin sabiex il-Kap tal-Oppożizzjoni jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet, sabiex ikompli bil-farsa li beda biha fil-Parlament u joqgħod jiftaħ idu quddiem il-kameras u jgħid li l-Gvern ma riedx joqgħod jiddiskuti s-sensiela ġodda ta’ allegazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black li qabel qalu kienet ta’ John Dalli u issa saret ta’ businessman.

Aqra aktar

Politika tal-ħdura

Mingħajr dubju, Simon Busuttil ma jistax iħares lejn Joseph Muscat bl-istess lenti li jħares lejn ħaddieħor, żgur. Joseph Muscat, kien il-bniedem, li lilu, li kien diġà poġġa nnifsu wara l-iskrivanija ta’ Kastilja jmexxi lill-pajjiż, temmlu l-karriera politika tiegħu. L-ewwel wara telfa massiva fl-elezzjoni ġenerali, ferm akbar minn dik li tah meta kien għadu Viċi-Kap, u t-tieni l-inkjesta Egrant, ikkonfermat li hu riekeb fuq gidba, li kien ‘Frodist tal-verità’. Tant kienet b’saħħitha l-inkjesta Egrant u l-konklużjonijiet tagħha li l-Kap tal-Oppożizzjoni llum, Adrian Delia, anke xprunat mill-fatt, li seta’ ra l-okkażjoni sabiex jeħles minnu, talbu jitlaq mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Hekka mod ġdid!

Nhar il-Ħadd li ġej, Adrian Delia jagħlaq sena lit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista tawh il-fiduċja tagħhom biex suppost ‘imexxi’ lill-Partit Nazzjonalista.

Wara sena iżda għadu ma ħax il-fiduċja tal-Grupp Parlamentari li għandu madwaru, tas-soċjetà inġenerali u evidenti wkoll li lanqas lil mara tiegħu għadu ma kkonvinċa minn dak li rajna dan l-aħħar!

Delia, li tajjeb li nfakkru, li kieku kien għal Simon Busuttil, il-predeċessur tiegħu fuq il-karta, għax effettivament huwa s-suċċessur ukoll, ma kienx jikkontesta għat-tieni rawnd wara l-allegazzjonijiet li għamlet Daphne Caruana Galizia fuq racket ta’ prostituzzjoni fir-Renju Unit, kien wiegħed li se jagħmel mod ġdid.

Sena wara kulħadd l-istess kelma u frażi biex inkun eżatt; “Hekka mod ġdid!”Aqra aktar

Chewing Gum

Il-Malti jgħid li ‘min jiekol b’ixqda tnejn fl-aħħar jifga u jibqa’ b’xejn’. L-ambizzjonijiet żejda jwasslu għall-falliment.

Dak li llum huwa kkonfermat li lanqas fuq il-karta m’għadu jmexxi lill-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, sena ilu tkellem fuq mod ġdid u fi triq ġdida. Illum nafu li din it-triq ġdid mhi xejn għajr l-istess sqaq li daħal fih dak li llum għadu jmexxi lill-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u miegħu l-Old guard Nazzjonalista, li mexxew id-Dinastiji Nazzjonalisti sa miż-żmien 80.Aqra aktar

Irridu nkomplu nissalvagwardjaw il-Każini tal-Baned tagħna

Mhux xi sigriet li f’Malta għandna każini li bħalissa għaddejjin mill-burraxka ta’ problemi mas-sidien rispettivi, b’uħud diġa’ f’battalji legali u ħafna taqtiegħ il-qalb li jista’ jintilef il-post li għal ħafna huwa d-dar tagħhom, kważi aktar mid-dar proprja tagħhom.

Il-każini tal-Baned mhumiex il-każini tal-festi biss, ta’ ġimgħa waħda minn 52 f’sena. Il-każini tal-Baned huma parti sostanzjali mill-Kultura tagħna, ta’ dak li jagħmilna Maltin. Il-Każini huma espressjoni kulturali li ilu magħna għal ħafna u ħafna snin.

Il-każini tal-Baned kienu pjattaforma għall-maġġoranza assoluta tal-iprem Mużiċisti li għandna f’pajjiżna, li ħadu t-tagħlim mużikali senza interessi, kienu wkoll il-bidu ta’ ħafna persuni li jaħdmu jew kienu jaħdmu f’oqsma oħrajn kulturali hekk kif ħidmet il-każini hija waħda mifruxa ħafna.Aqra aktar

Dak li ma qalx Joe Mikallef tan-Nazzjon…

Joe Mikallef tan-Nazzjon, psewdo-ġurnalist tal-Partit Nazzjonalista, din il-ġimgħa kiteb ħrafa jew storja mingħajr l-ebda valur ta’ aħbar, kif jagħmel is-soltu, dwar żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu għamlu f’Ruma biex isegwu l-finali tal-Coppa Italia bejn Milan u Juventus.

Għal Joe Mikallef u allura anke għal Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia, li għandhom kontroll dirett fuq dak li jinkiteb fil-gazzetta tagħhom, dan kien skandlu kbir. Kien skandlu kbir, li missier ta’ familja mar jara lit-tim favorit tiegħu (ħalliha li ma ġietx tajba zgur għall-Prim Ministru!) flimkien ma’ ħbieb u kollegi. Break żgħir għall-familja tal-Prim Ministru kien skandlu skont Mikallef u n-Nazzjon, iżda ma kienx skandlu għalihom li Tonio Fenech kien qabad private jet ma’ negozjant biex imur jara l-Arsenal. Dik tista’ tagħmilha!Aqra aktar

Jason Azzopardi: l-impersonifikazzjoni tal-ipokrezija

Sinċerament mhux għax huwa Deputat tal-Oppożizzjoni, jew għax iħaddan opinjonijiet differenti minn tiegħi, iżda meta nara lil Jason Azzopardi, fih nara l-impersonfikazzjoni tal-ipokrezija.

Nammetti li jekk ikun hemm xi ħadd li jisimgħu fil-Parlament u ma jkunx jaf il-background tiegħu tibda taħseb li huwa awtorità biex jitkellem fuq suġġetti tal-kontabilità, trasparenza, governanza tajba u issa fl-aħħar l-ambjent.Aqra aktar

Send this to a friend