Nicole Buttigieg – Page 92 – One News

Nicole Buttigieg

Bis-sewwa jew bid-dnewwa… jidħlu Manoel Island

Attivisti mill-Front Emerġenza Ambjent daħlu Manoel Island wara li fetħu permezz tal-għodda l-ħadid li kien qed jgħalaq l-aċċess. Huma ħadu dan il-pass wara li l-Kunsill Lokali tal-Gżira għamel protest ġudizzjarju u saħansitra organizza protesta biex għamel il-punt li mhux aċċettabbli li l-post huwa magħluq mill-konsorzju MIDI li ma żammx il-kelma tiegħu mal-Gżirjani għal ħafna snin.Aqra aktar

Illum is-smigħ ta’ Leo Brincat

Wara xhur ta’ preparazzjoni , studji u riċerka, llum wara nofsinhar se jsir is-smigħ tal-Leo Brincat, in-nominat Malti li jista’ jinħatar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri . Brincat, li l-kariga tiegħu kienet fis-settur finanzjarju, kellu jgħaddi minn dan is-smigħ f’Ġunju li għaddha, iżda ġie pospost.
Aqra aktar

Proġett ieħor ta’ edukazzjoni b’ruħ soċjali

Għaddejjien l-aħħar fazijiet fuq proġett li qed isir fiċ-ċentru Dun Manwel Attard li jinsab fil-Wardija. Dan huwa ċentru li jħarreġ persuni bi bzonnijiet speċjali.

Grazzi għal dan il-proġett, li sewa aktar minn żewġ miljun ewro, aktar zgħazagħ ingħataw l-opportunità li jitħarġu f’dan iċ-ċentru.

Tkellimna fost oħrajn ma’ Terry Aquilina, omm żagħżugħ li jattendi ċ-ċentru. Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar tistudja Paceville

L-Awtorita tal-ipjannar qed tħejji studju biex Paċeville jinbidel f’żona iktar organizzata u jkun hemm spazji pubbliċi u miftuħa. Qed jiġi analizzat ukoll kif jista’ jsir xogħol ta’ tisbieħ u tinbidel l-infrastruttura li ma tantx tagħmel ġieħ lill-Paceville, żona frekwentata minn eluf ta’ turisti.
Aqra aktar

Niżvelaw x’iddiskutew fil-laqgħa tal-grupp parlamentari

• Iddiskutew id-distretti elettorali

• Se tibda kampanja li l-wiċċ tagħha hu Simon Busuttil

16.59: L-elezzjoni ġenerali ddominat ħafna mill-ħin fil-laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista tant li one.com.mt jista’ jiżvela kif fil-laqgħa ddiskutew fid-dettal il-bidla fid-distretti elettorali li jista’ jkun hemm.

Aqra aktar

Wara attakk biex ħadulhom il-handbag, m’għadhiex fil-periklu tal-mewt

 M’għadhiex fil-periklu tal-mewt it-tfajla ta’ 25 sena li ndarbet serjament b’arma li taqta’ u bil-ponta nhar il-Ħadd li għadda.

L-aħbar tajba hi li qalbet għall-aħjar u nħarġet mill-ITU.

Nhar il-Ħadd it-tfajla kienet ma’ Pollakka ta’ 33 sena u huma u  mexjin fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan, ġew avviċinati minn persuna mhux magħrufa, li prova jisirqilhom il-handbags.

Aqra aktar

Orkestra rinomata minn Vjenna se tgħin biex jinġabru fondi għall-MCCF

Nhar is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Ottubru, l-Orkestra Junge Philharmonie Wien minn Vienna se tkun qed ittela’ kunċert fit-Teatru Manoel.

Dan bil-għan li l-flus li jinġabru jmorru  għall-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lill-organizaturi ta’ dan il-kunċert u esprimiet ir-rieda tagħha sabiex il-Malta Community Chest Fund tkompli twettaq aktar proġetti.

Tkellimna ma’ Michael Grech, chairman tat-Teatru Manoel.

Aqra aktar

Tikber il-ħtieġa ta’ bidla f’Paceville

Kull ma jmur qed tikber il-ħtieġa li Paceville ikun organizzat b’mod aħjar. Ma’ postijiet ta’ divertiment li żviluppaw mingħajr pjan sħiħ għaż-żona hemm ukoll l-isfida ta’ influss ta’ eluf ta’ persuni li kulma jmur qed jiżdiedu b’iktar persuni jżuru pajjiżna. Nicole Buttigieg tkellmet mar-residenti u n-negozji, żewġ partijiet interessanti li jekk xejn jaqblu li Paceville għandu bżonn pjan u attenzjoni mmedjata.

PV

Aqra aktar

Send this to a friend