Nicole Buttigieg – Page 90 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Settur regolat li qed jikber

F’pajjizna hawn mas-6,000 persuna li jaħdmu fis-settur tal-gaming, u mal-mitejn u ħamsin kumpanija tal-gaming liċenzjati.

Liċenzji li biex inkisbu, l-operaturi għaddew minn proċess ta’ skrutinju dettaljat li jsir minn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għall-Logħob.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità għal-Logħob Joseph Cuschieri spjegalna l-proċess ta’ due diligence li jsir ma kull applikazzjoni li tirċievi l-awtorità.Aqra aktar

€700,000,000 mill-gaming… l-MGA b’poteri ġodda

Is-settur tal-gaming ħalla seba’ mitt miljun ewro fl-ekonomija Maltija s-sena li għaddiet b’ħamsa u ħamsin miljun ewro oħra jgħaddu f’taxxi lill-gvern. Dan hu settur li l-importanza tiegħu hija kbira minħabba l-fatt li jolqot direttament setturi oħra bħal dak tal-proprjetà u d-divertiment fost oħrajn. L-Awtorità Maltija għal-logħob mhijiex tistriħ fuq dak miksub u għaż-żmien li ġej qed tippjana bidliet importanti. Fosthom fil-liġi li tirregola s-settur.

Tkellimna dwar dawn l-aħħar żviluppi maċ-chairman eżekuttiv tal-Awtorità, Joseph Cuschieri.Aqra aktar

Bdew bit-tajjeb!

L-ewwel jum għal bejjiegħa tal-monti fi Triq l-Ordinanza jidher li ma kienx ħażin. Tkellimna magħhhom u qalulna li huma kuntenti bil-bidla, flilwaqt li l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona fisser kif il-gvern żamm il-kelma tiegħu anke jekk id-diskussjonijiet waslu għal kompromess.

Aqra aktar

INFURZAR BIL-FATTI: Azzjoni diretta f’iktar siti ODZ

L-ambjent f’siti f’żoni barra mill-iżvilupp nisimgħu ħafna dwaru meta jkun hemm xi applikazzjoni għal bini. Iżda, hemm affarijiet oħra li jirrovinawh fosthom il-ħmieġ u l-imbarazz ta’ kull tip f’żoni bħal scrapyards. L-awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni diretta f’iktar minn erbatax -il sit biex inġiebu għall-istat oriġinali tagħhom. Id-dettalji fil-filmat.Aqra aktar

Send this to a friend