Nicole Buttigieg – Page 89 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

INFURZAR BIL-FATTI: Azzjoni diretta f’iktar siti ODZ

L-ambjent f’siti f’żoni barra mill-iżvilupp nisimgħu ħafna dwaru meta jkun hemm xi applikazzjoni għal bini. Iżda, hemm affarijiet oħra li jirrovinawh fosthom il-ħmieġ u l-imbarazz ta’ kull tip f’żoni bħal scrapyards. L-awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni diretta f’iktar minn erbatax -il sit biex inġiebu għall-istat oriġinali tagħhom. Id-dettalji fil-filmat.Aqra aktar

Aġġornat: Wiċċ il-ħniena jrid lil sidu

15.19: Il-kelb tat-tip Yorkshire irritorna qawwi sħiħ għand is-sid.

Aktar qabel: Ilbieraħ filgħaxija membri tal-istaff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu fi triqthom lejn il-Palazz tal-Girgenti sabu kelba ta’ tip “Yorkshire”.

Il-kelba dehret li kienet mitlufa u miżmuma tajjeb.

L-istaff tal-uffiċċju tal-Prim Ministru kkuntatjaw lid-Dipartiment tal-Animal Welfare li bħalissa qed jieħdu ħsieb il-kelba.Aqra aktar

“Kelli warda u l-bambin ħadhieli” – il-ġenituri ta’ Nick

Tiċċassa fir-ritratti ta’ binhom,  fost l-uniċi tifkiriet li fadlilhom, Irene omm Nick Agius li lbieraħ filgħaxija tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku qalet li kellha warda u l-bambin ħadhielha. Meta kienet tisma’ b’fatalitajiet simili, kien jiddispjaċiha għall-vittmi, iżda wkoll għall-ġenituri – sitwazzjoni diffiċli li sabet ruħha fiha l-familja taż-żagħżugħ ta’ 27 sena.

Aqra aktar

IMBARRATI STALEL LI NBIDLU F’VILEL

L-Awtorita’ tal-Ippjannar wettqet azzjonijiet ta’ infurzar fuq tmien siti irregolari li ngħataw permessi ta’ stalel barra żona tal-iżvilupp. Din hija prova oħra ta’ awtorita’ ġdida tal-Ippjanar li qed tiehu azzjoni wara snin ta’ Gvern Nazzjonalista li mhux talli approva żviluppi f’ODZ, imma saħansitra ħalla jseħħu abbużi flagranti mingħajr infurzar.

Aqra aktar

Send this to a friend