Nicole Buttigieg – Page 85 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Niżvelaw x’iddiskutew fil-laqgħa tal-grupp parlamentari

• Iddiskutew id-distretti elettorali

• Se tibda kampanja li l-wiċċ tagħha hu Simon Busuttil

16.59: L-elezzjoni ġenerali ddominat ħafna mill-ħin fil-laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista tant li one.com.mt jista’ jiżvela kif fil-laqgħa ddiskutew fid-dettal il-bidla fid-distretti elettorali li jista’ jkun hemm.

Aqra aktar

Wara attakk biex ħadulhom il-handbag, m’għadhiex fil-periklu tal-mewt

 M’għadhiex fil-periklu tal-mewt it-tfajla ta’ 25 sena li ndarbet serjament b’arma li taqta’ u bil-ponta nhar il-Ħadd li għadda.

L-aħbar tajba hi li qalbet għall-aħjar u nħarġet mill-ITU.

Nhar il-Ħadd it-tfajla kienet ma’ Pollakka ta’ 33 sena u huma u  mexjin fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan, ġew avviċinati minn persuna mhux magħrufa, li prova jisirqilhom il-handbags.

Aqra aktar

Orkestra rinomata minn Vjenna se tgħin biex jinġabru fondi għall-MCCF

Nhar is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Ottubru, l-Orkestra Junge Philharmonie Wien minn Vienna se tkun qed ittela’ kunċert fit-Teatru Manoel.

Dan bil-għan li l-flus li jinġabru jmorru  għall-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lill-organizaturi ta’ dan il-kunċert u esprimiet ir-rieda tagħha sabiex il-Malta Community Chest Fund tkompli twettaq aktar proġetti.

Tkellimna ma’ Michael Grech, chairman tat-Teatru Manoel.

Aqra aktar

Tikber il-ħtieġa ta’ bidla f’Paceville

Kull ma jmur qed tikber il-ħtieġa li Paceville ikun organizzat b’mod aħjar. Ma’ postijiet ta’ divertiment li żviluppaw mingħajr pjan sħiħ għaż-żona hemm ukoll l-isfida ta’ influss ta’ eluf ta’ persuni li kulma jmur qed jiżdiedu b’iktar persuni jżuru pajjiżna. Nicole Buttigieg tkellmet mar-residenti u n-negozji, żewġ partijiet interessanti li jekk xejn jaqblu li Paceville għandu bżonn pjan u attenzjoni mmedjata.

PV

Aqra aktar

Jerġa’ jsir il-festival tal-inbid f’Ħal Qormi

Il-Qormi Wine Festival se jsir għat-tnax-il sena konsekuttiva. Is-sena li għaddiet huwa stmat li aktar minn għaxart’elef ruh attendew għal dan il-festival.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzat mill-Kumitat Festi Esterni ta’ San Ġorġ Martri, ingħad li l-attrazzjoni principali tal-wine festival se tkun Triq il-Kbira f’Hal Qormi. It-triq se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti.

Aqra aktar

Għandi vantaġġ tal-appoġġ ta’ gvern sħiħ – Bartolo

“Bħala Ministru tal-Edukazzjoni jiena għandi l-vantaġġ li għandi l-appoġġ ta’ gvern sħiħ biex nonfqu l-miljuni tal-ewro biex inkabbru, insebbħu u niftħu skejjel ġodda.”

Din id-dikjarazzjoni għamilha l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo meta b’sodisfazzjon tkellem dwar l-investiment fl-iskejjel. Fil-filmat nsegwu wkoll kummenti ta’ uffiċjali mill-qasam edukattiva li japprezzaw bil-bosta dan l-investiment.Aqra aktar

Mediċi mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex aktar preparati

Numru ta’ mediċi fl-isptar ġenerali t’Għawdex qed jirċievu taħriġ sabiex f’kaz ta’ emerġenza ikun imħarġa u jibdew jaħdmu fuq l-Air Ambulance.

Il-Helikopter li se jintuza bħala air ambulance se jkun stazzjonat hawn 24 siegħa kuljum, sabiex f’kazi ta’ emerġenza jġorr pazjenti li jkollhom bzonn jinġiebu Malta għall-kura. Biex tkun operata l-air ambulance ġew impjegati zewġ piloti fuq bazi full time u se jkun hemm bzonn numru ta’ mediċi mill-isptar ġenerali ta’ għawdex bħala infermiera u tobba sabiex joffru servizz tagħhom f’kaz ta’ emerġenza.

Aqra aktar

Episodju li wera kemm hu importanti li Malta ma tiddependix minn sors wieħed għall-enerġija

Dalgħodu membri tal-protezzjoni ċivili flimkien mal-ħaddiema tal-Enemalta kellhom operazzjoni diffiċli biex jitfu nirien li żviluppaw fil-mina tad-distribuzzjoni tal-eletriku li tinsab bejn l-Imsida u l-Kappara.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan kien eżerċizzju li żvela l-importanza li pajjiżna ma jkunx dipendenti fuq sors wieħed tal-enerġija. Tkellimna maċ-chairman tal-Enemalta Frederick Azzopardi kif ukoll mal-operations manager tal-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċvili Anthony Pisani.

Aqra aktar

“Kien raġel kwiet u jħobb jgħin”

Hekk kien deskritt Frans Bonello, l-anzjan ta’ 77 sena li tilef ħajtu fi splużjoni li seħħet f’residenza privata fi Triq it-Troll, l-Imqabba.

Joseph Sciberras li kien ġar tiegħu spjegalna kif dalgħodu nħasad bl-aħbar li Frans wara aktar minn għaxart’ijiem f’battalja bejn ħajja u mewt, tilef ħajtu.

Il-kaz seħħ kmieni nhar l-10 t’Awwissu .X’aktarx il-kawza tal-inċident kien leak ta’ gas.Mar-raġel kien hemm ukoll martu ta’ 71 li sofriet ġrieħi ħfief.

Fl-aħħar jiem bħala ġest ta’ solidarjeta’ l-kappillan tal-Imqabba għamel ġabra speċjali waqt il-quddies sabiex jgħin lill-familja wara dan l-inċident sfortunat.

Aqra aktar

Send this to a friend