Nicole Buttigieg – Page 84 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

“Huwa ċar li m’hemmx problema li nsibu impjieg alternattiv għall-ħaddiema kollha”

Kien kliem il-Ministru Chris Cardona, wara l-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema f’madwar tletin impjant tagħha madwar l-Ewropa, inkluz f’pajjizna.

Quddiem din l-aħbar kiefra għall-ħaddiema, il-messaġġ tal-Gvern kien wieħed ċar li ħadd mill-ħaddiema m’hu se jagħmel jum wieħed mingħajr impjieg. Filfatt il-Gvern jinsab f’kuntatti ma’ kumpaniji oħra fis-settur tal-farmaċewtika li lesti jħaddmu lil dawn il-ħaddiema.

Hawn tista’ ssegwi kliem il-Ministru kif ukoll dak li kellu xi jgħid iċ-chairman eżekuttiv ta’ Jobsplus Clyde Caruana.
Aqra aktar

159 telefonata KULJUM dwar il-baġit

Iktar minn 2,700 persuna ċemplu fuq il-freephone tal-baġit biex jitolbu xi tip ta’ informazzjoni.

Dan fisser medja ta’ 159 telefonata kuljum li dam miftuħ il-freephone.

Hawn tista’ ssegwi x’qalet Denyse Calleja, responsabbli minn dan il-freephone.

Aqra aktar

Ma jitilfux il-vista grazzi għal apparat ġdid

Grazzi għall-apparat li nxtara sentejn ilu u li tqiegħed fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Floriana u l-Mosta, 1,200 persuna li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete ingħataw kura mmedjata għaz-zokkor fl-għajnejn. Kura kruċjali biex dawn il-persuni ma jispiċċawx jitilfu d-dawl ta’ għajnejhom.

Fil-fatt, minn dawn kien hemm madwar 200 pazjent li kellhom bżonn kura speċjali f’Mater Dei. Il-magna li permezz tagħha jsiru dawn it-testijiet jisimha Fundus Camera u nxtrat f’Awissu tas-sena 2014. Sa issa iktar minn 8,000 pazjent għamlu t-test.

Dawn id-dettalji ingħataw mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okazzjoni tal-Jum Dinji ddedikat lid-Dijabete. Kundizzjoni komuni fost il-Maltin, tant li tolqot mat-30,000 persuna.

Aqra aktar

Aktar inċentivi biex it-tfal jaqraw

Il-kumpanija GO nediet fond b’investiment ta’ €80,000 biex iservi ta’ appoġġ għall-proġetti edukattivi u jiżdied l-interess fis-suġġetti tax-xjenza.

L-ewwel appoġġ għal ta’ dan il-fond se jkun fl-inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ”.
Kull librerija tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena se tingħata mitt ktieb interessanti biex it-tfal jitħajru jaqraw waqt il-ħin liberu. Il-kotba jinkludu dawk tal-ġeneru fiction u anke non fiction, u ħamin se jkunu bil-Malti, filwaqt  li ħamsin oħra jkuni bl-Ingliż.  Din l-inizjattiva se ssir b’investiment ta’ €11,000, u l-progett isir kollu tul din is-sena skolastika
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li huwa grat ħafna lejn dan l-appoġġ li qed jingħata l-Ministeru.

“Ġewz, lewz, qastan, tin, kemm inħobbu ‘l San Martin “

Taqbila li tfakkarna fil-festa ta’ San Martin li tiġi imfakra fil-11 ta’ Novembru. Skond it-tradizzjoni din il-festa tiġi iċċelebrata fil-Baħrija permezz tal-Fiera ta’ San Martin .Kif spjegalna l-organizatur tal-attivitajiet Marvic Gauci .

“Din il-fiera kienet isir fil-Baħrija għal diversi snin, mill-1960. Kienu jtellgħu animali, ġugarelli, imbagħad il-fiera baqgħat tiżviluppa fil-popolarità”.

Kompla jispejega li “sfortunatament kien hemm tnaqqis fl-attandenza minħabba li ma stajniex nieħdu animali ħajjin allura, provajna ntuha l-ħajja”.

Aqra aktar

Milqugħ b’mod pożittiv il-pjan tal-Gvern

Il-Kummissjoni Ewropea laqgħet b’mod pożittiv l-pjan  nazzjonali t’azzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli. Pjan li għamel lil pajjizna on track mal-miri tal-Unjoni Ewropea. Dokument li fi kliem l-Kummisjoni Ewropea huwa pjan ċar favur aktar enerġija nadifa u enerġija mix-xemx.

Aqra aktar

Maltin ifittxu “bomba intelliġenti” kontra l-kanċer

Riċerkaturi, fosthom Maltin, qed iwettqu riċerka dwar trattamenti ġodda għall-kanċer, bil-għan li iktar pazjenti jirbħu l-battalja kontra l-marda qerrieda.

Għall-ewwel darba, iċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo organizza konferenza nazzjonali dwar l-onkoloġija, fejn professjonisti tkellmu dwar il-kanċer u kif jistgħu itejbu s-servizzi mogħtija lill-pazjenti morda.

Intqal li madwar id-dinja wieħed minn kull żewġ pazjenti bil-kanċer ifiq. Il-konsulent fil-ġenetika, Christian Scerri, spjega li l-għan hu li dan in-numru jitla’ għal tlieta minn kull erba’.

“Li qed nagħmlu bħalissa fl-studju hu li nsibu x’fih eżatt dak il-kanċer, biex insibu trattament eżatt” stqarr magħna. Spjega li fil-mod kif jingħata t-trattament, bħalissa qisu qed jintefgħu bombi kullimkien fil-ġisem, ‘bħal zmien il-gwerra’. Issa jmiss li ‘nitfgħu bomba iktar intelligenti u li tmur eżatt fil-post fejn tridha’.

Aqra aktar

Portelli bl-ebda ħjiel dwar il-kontijiet tal-enerġija

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-enerġija, Marthese Portelli, wkoll qed tinqabad f’għadd ta’ inkonsistenzi dwar il-kontijiet tal-enerġija. Bħal kelliema oħra tal-Partit Nazzjonalista qed iddur minn raġuni għal oħra meta mistoqsija dwar kif suppost jorħsu iktar il-kontijiet. Kontijiet li fi kliem esponenti tal-Partit Nazzjonalista sa qabel l-aħħar elezzjoni kien biss ‘gimmick’ li setgħu jorħsu. Mistoqsija dwar il-pjan tal-Partit Nazzjonalista f’dan is-settur Portelli reġgħet għamlet żball wara ieħor.

Aqra aktar

Send this to a friend