Nicole Buttigieg – Page 83 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista protagonist mill-ġdid – jilqa’ n-nisa tal-Partit Soċjalista

Il-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew immexxija mill-President Zita Gurmai qed ilaqqgħu l-eżekuttiv tagħhom hawn Malta għall-ewwel darba.  Il-laqgħa saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u kienet indirizzata mill-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin, trawmet attitudni fejn aktar nisa jkunu fit-tmexxija.Għat-tieni darba, għandna President mara u anke f’entitajiet oħra hemm nisa fit-tmexxija. Fakkar fil-miżura tac-childcare u qal li dawk li kritikawha qalu li tiswa l-flus. Dan ma qatax qalb dan il-Gvern, u l-miżura sarrfet f’riżultati sinnifikanti.

Aqra aktar

IKTAR MEDIĊINI MILL-GVERN GĦALL-PAZJENTI BIL-KANĊER

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, ħabbar li ġie mġedded l-formularju tal-Gvern sabiex pazjenti bil-kanċer jibbenefikaw minn mediċini b’xejn.

Mil-lum bdew jingħataw dawn il-medicini b’xejn lill-pazjenti bil-kanċer tal-frixa, kanċer tas-sider, kanċer tal-istonku u tal-fwied.

Stħarriġ: Kien hemm min ra 30% żieda fil-bejgħ

36% tan-negozji li pparteċipaw fi stħarriġ tal-Malta Chamber of SMEs, GRTU, raw żieda ta’ 30% fil-bejgħ tagħhom fl-2016, meta mqabbel mas-sena 2015.

Filwaqt li 36% raw li n-negozju tagħhom baqa’ bl-stess andament ta’ bejgħ meta mqabbel ma’ 2015.

B’kollox ippareteċipaw 175 negozjant.

Aqra aktar

Jibgħat messaġġi ta’ theddid LILU NNIFSU – żviluppi ġodda fl-investigazzjonijiet dwar l-allegat każ ta’ visas mediċi

Il-gazzetta Maltatoday żvelat li mill-investigazzjonijiet li għamelt, il-Pulizija sabet li l-Libjan Khaled Ben Nasan, meqjus bħala whistleblower f’dan il-każ, kien jibgħat messaġġi ta’ theddid lilu inifsu.

F’Settembru tal-2016, il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ, wara li l-Libjan allega li l-impjegat taċ-ċivil Neville Gafa kien jitħallas l-eluf ta’ ewro minn ħlasijiet ta’ visas mediċi. Gafa li ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u prezenta numru ta’ libelli kontra ġurnali lokali li ħarġu dawn l-istejjer.

Filwaqt li minn investigazzjoni illi għamlet, il-Pulizija qalet li ma rriżultalha xejn. Meta ħareġ b’dan l-allegat kaz, Ben Nasan qal lill-Pulizija li irċieva numru ta’ messaġġi anonimi ta’ theddid u telefonati fejn allega li minn ċempilu kien Malti.

Aqra aktar

Deputati ma jaqblux ma’ Mallia

Ma kinux biss eks-Deputati u Kunsillieri li pubblikament tkellmu dwar kif huma jaħsbuha differenti minn Salvu Mallia.

Dan anke jekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qed jiddefendih kull fejn jista’ u jikkunsidrah bħala star candidate.

Aqra aktar

Send this to a friend