Nicole Buttigieg – Page 80 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

FILMAT: Talbu u kielu tajjeb

Meta dalgħodu l-Partit Nazzjonalista laqqa’ l-grupp parlamentari għand il-patrijiet mhux biss iddiskutew, iżda talbu u kielu tajjeb. Serħulna rasna dwar dan id-deputati nfushom b’Mario Galea jassigurana wkoll li talbu għalina. Ara l-filmat.

Aqra aktar

31% bla ċertifikati, 87% ikomplu jistudjaw

31% spiċċaw l-iskola sekondarja fl-2014 mingħajr ebda ċertifikazzjoni f’idejhom.

Din l-istatistika ħarġet minn studju li analizza x’sar miz-zgħazagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja fl-2014. Statistika li fi kliem l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo hija inkwetanti ferm.

L-istudju sar fi Frar 2015, fost 93% taż-żgħażagħ  li temmew l-iskola sekondarja fl-2014. 7%  ma ġewx iddentifikati. Probabilment dawn mhux qiegħdin jistudjaw jew jaħdmu, jew inkella qegħdin jaħdmu mingħajr impjieg.

Aqra aktar

L-ewwel kummenti ta’ Leo Brincat

“Opportunità, sfida u nostalġija”

Dwar dawn tkellem magħna Leo Brincat, ftit tal-ħin biss wara li kien approvat mill-Kunsill tal-Ministri biex sar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Qal li jittama u jawgura li l-esperjenzi ta’ dawn l-aħħar 34 sena jpoġġihom fil-prattika.

Aqra aktar

Aċċess għal Manoel Island għall-pubbliku minn tmiem din il-ġimgħa

Il-Kumpanija MIDI se tiftaħ l-aċċess għal Manoel Island għall-pubbliku minn tmiem din il-ġimgħa.

Skont dak li qed jiġi irraportat mit-Times of Malta, l-aċċess għall-pubbliku se jkun mill-grada tal-entratura, għall-kosta taħt il-Forti Manoel. Il-pubbliku se jkun jista’ jimxi tul il-Kosta.

Il-Ġimgħa li għaddiet l-Awtorita tal-Ippjanar ħarġet avviz infurzar u l-kumpanija kellha ħmistax-il ġurnata ċans biex tieħu azzjoni neċessarja.

€5,000,000 għan-negozji, biex jaħlu inqas

Tnediet skema maħsuba għal kumpaniji u entitajiet kummerċjali li jridu jnaqssu l-ispiża tagħhom b’rabta mal-produzzjoni tal-enerġija u jkunu iktar effiċjenti.

Fil-mira ta’ din l-iskema hmm lukandi, sptarijiet u binjiet kummerċjali, fejn hemm domanda kbira għall-enerġija s-sena kollha.

Staqsejna kif se taħdem l-iskema, kif tistgħu issegwu fil-filmat.

Aqra aktar

Allega u serraħ fuq karattru dubjuż

Issoktaw l-allegazzjonijiet b’rabta ma’ irregolaritajiet fil-VISAS mediċi, minkejja li sal-lum il-pulizija ma rriżultala xejn minn investigazzjoni li għamlet.

Kien Ivan Grech Mintoff, u eventwalment il-Partit Nazzjonalista, li tul il-jum tas-Sibt komplew jgħidu li tħallsu flus li qatt ma kellhom jitħallsu. Grech Mintoff għamel konferenza tal-aħbarijiet li fiha rrefera għal programm li għamel ma’ Ben Nasan, Sirjan li jgħid li hu Libjan u li qed jagħmel l-allegazzjonijiet.

Ben Nasan kien jaħdem kemm mal-Gvernijiet ta’ Tobruk kif ukoll ma’ dak ta’ Tripli, sakemm twaqqfu l-kuntatti kollha li kellhom miegħu wara affaċċja allegazzjonijiet mill-aktar serji ta’ serq ta’ fondi. Iżda Grech Mintoff ma riedx iwieġeb dwar dan u għadd kbir ta’ każi oħra li Nasan iffaċja.

“Ara l-programm u tara jekk uwiex kredibbli” qal Grech Mintoff.

Aqra aktar

Bis-sewwa jew bid-dnewwa… jidħlu Manoel Island

Attivisti mill-Front Emerġenza Ambjent daħlu Manoel Island wara li fetħu permezz tal-għodda l-ħadid li kien qed jgħalaq l-aċċess. Huma ħadu dan il-pass wara li l-Kunsill Lokali tal-Gżira għamel protest ġudizzjarju u saħansitra organizza protesta biex għamel il-punt li mhux aċċettabbli li l-post huwa magħluq mill-konsorzju MIDI li ma żammx il-kelma tiegħu mal-Gżirjani għal ħafna snin.Aqra aktar

Illum is-smigħ ta’ Leo Brincat

Wara xhur ta’ preparazzjoni , studji u riċerka, llum wara nofsinhar se jsir is-smigħ tal-Leo Brincat, in-nominat Malti li jista’ jinħatar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri . Brincat, li l-kariga tiegħu kienet fis-settur finanzjarju, kellu jgħaddi minn dan is-smigħ f’Ġunju li għaddha, iżda ġie pospost.
Aqra aktar

Send this to a friend