Nicole Buttigieg | One News - Part 8

Nicole Buttigieg

Notifiki

Plejer Ingliż jixtri ritratt mingħand fotografu li jgħix Malta

Plejer tal-Premier Ingliż li jilgħab mat-tim tal-football Watford xtara ritratt tan-natura mingħand fotografu Żvediż li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar sbatax-il sena.

Johan Siggesson, isiefer madwar id-dinja sabiex jiġbed ritratti ta’ annimali salvaġġi. Sentejn ilu huwa mar il-Ġappun u ġibed ritratt ta’ speċi tax-xadini indiġeni fil-Ġappun. B’dan ir-ritratt huwa rebaħ ukoll l-premju tal-aqwa Travel Photographer tas-sena elfejn u sbatax fir-Renju Unit.

Iżda dan ir-ritratt ġibed l-għajn ta’ plejer żagħżugħ tal-Premier Ingliż, li minkejja li ma jistax jgħidilna ismu, huwa xtara dan ir-ritratt dettaljat għal prezz ta’ ftit aktar minn elf ewro.

Siggesson jistqarr kif l-imħabba lejn il-fotografija bdiet b’passatemp fl-elfejn u tmienja. Maż-żmien beda jsiefer madwar id-dinja fosthom mar fil-kontinent Afrikan.

Jgħidilna li minn passatemp, il-fotografija sar ix-xogħol tiegħu li minnu jaqla’ x’jiekol. Fi ħdax-il sena qal li ġibed aktar minn mija u sittin elf ritratt.

Siggesson qiegħed juża l-esperjenza tiegħu sabiex isservi ta’ gwida għal fotografi li qegħdin imorru jieħdu ritratti madwar id-dinja f’postijiet fejn in-natura turi l-aqwa tagħha.

Filfatt huwa qiegħed jaħdem ma’ kumpanija Amerikana u Żvediża dwar dan.

Delia jaqbel ma’ Portelli dwar passi kontra deputati

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qabel mal-eks Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli li jrid li jittieħdu passi fil-konfront ta’ deputati tal-fazzjoni Busuttil għax qed jibqgħu juru biċ-ċar li ma jridux jaħdmu b’mod kollettiv miegħu u t-tmexxija u jridu jkomplu jagħmlu l-ħsara.

Aqra aktar

Jitolbu passi kontra d-deputati “li ma jridux jaħdmu mal-Kap”

Partitarji Nazzjonalisti tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qegħdin jakkużaw lid-deputati Nazzjonalisti tal-eks Kap Simon Busuttil li bl-imġiba tagħhom wasslu għal disfatta elettorali oħra fl-elezzjonijiet ta’ Mejju.

L-Erbgħa filgħaxija, partitarji ta’ Delia, li huma wkoll kunsilliera marru quddiem id-Dar Ċentrali u ressqu żewġ petizzjonijiet biex iwieġbu għall-petizzjoni miġbura mill-fazzjoni ta’ Busuttil li sejħet għall-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia.

Aqra aktar

Attard Previ tirtira mit-tellieqa għal President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista

Il-viċi sindku ta’ Tas-Sliema Graziella Attard Previ irtirat l-kanditatura tagħha mill-elezzjoni għal President tal-Eżekuttiv.

Ftit minuti qabel tibda l-laqgħa tal-eżekuttiv, Attard Previ infurmat lil Partit Nazzjonalista li mhux se tkompli bit-tellieqa tagħha sabiex tipprova tieħu post Mark Anthony Sammut, li irrizenja mill-kariga ta’ President wara t-telfa elettorali li kiseb l-PN fl-elezzjoni ta’ Mejju.

Send this to a friend