Nicole Buttigieg – Page 79 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Milqugħ b’mod pożittiv il-pjan tal-Gvern

Il-Kummissjoni Ewropea laqgħet b’mod pożittiv l-pjan  nazzjonali t’azzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli. Pjan li għamel lil pajjizna on track mal-miri tal-Unjoni Ewropea. Dokument li fi kliem l-Kummisjoni Ewropea huwa pjan ċar favur aktar enerġija nadifa u enerġija mix-xemx.

Aqra aktar

Maltin ifittxu “bomba intelliġenti” kontra l-kanċer

Riċerkaturi, fosthom Maltin, qed iwettqu riċerka dwar trattamenti ġodda għall-kanċer, bil-għan li iktar pazjenti jirbħu l-battalja kontra l-marda qerrieda.

Għall-ewwel darba, iċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo organizza konferenza nazzjonali dwar l-onkoloġija, fejn professjonisti tkellmu dwar il-kanċer u kif jistgħu itejbu s-servizzi mogħtija lill-pazjenti morda.

Intqal li madwar id-dinja wieħed minn kull żewġ pazjenti bil-kanċer ifiq. Il-konsulent fil-ġenetika, Christian Scerri, spjega li l-għan hu li dan in-numru jitla’ għal tlieta minn kull erba’.

“Li qed nagħmlu bħalissa fl-studju hu li nsibu x’fih eżatt dak il-kanċer, biex insibu trattament eżatt” stqarr magħna. Spjega li fil-mod kif jingħata t-trattament, bħalissa qisu qed jintefgħu bombi kullimkien fil-ġisem, ‘bħal zmien il-gwerra’. Issa jmiss li ‘nitfgħu bomba iktar intelligenti u li tmur eżatt fil-post fejn tridha’.

Aqra aktar

Portelli bl-ebda ħjiel dwar il-kontijiet tal-enerġija

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-enerġija, Marthese Portelli, wkoll qed tinqabad f’għadd ta’ inkonsistenzi dwar il-kontijiet tal-enerġija. Bħal kelliema oħra tal-Partit Nazzjonalista qed iddur minn raġuni għal oħra meta mistoqsija dwar kif suppost jorħsu iktar il-kontijiet. Kontijiet li fi kliem esponenti tal-Partit Nazzjonalista sa qabel l-aħħar elezzjoni kien biss ‘gimmick’ li setgħu jorħsu. Mistoqsija dwar il-pjan tal-Partit Nazzjonalista f’dan is-settur Portelli reġgħet għamlet żball wara ieħor.

Aqra aktar

Jiltaqgħu Muscat u Mogherini

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ ma’ Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea.

Fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa hemm il-presidenza Maltija tal-kunsill tal-unjoni ewropea.
Il-Prim Ministru spjega kif pajjiżna jinsab għaddej bil-preparamenti għall-presidenza u se jippreżenta programm realistu.
Faħħar ukoll hidmet Mogherini, fl-irwol tagħha li dejjem timbotta dak li temmen fih.

Forsi t-tfal jibdew igawdu ftit in-natura….

F’dinja iddominata mit-teknoloġija huwa dejjem sabiħ li l-istudenti jħallu xi ftit il-gadgets tagħhom u jgawdu xi ftit il-kampanja. Dan jieħu sens isbaħ meta din tkun parti minn esperjenza edukattiva li tgħin lil kull student, iżda b’mod partikolari dawk bi problema fl-imġiba.

B’inizjattiva tal-Birdlife u maċ-Ċentru tal-Edukazzjoni u r-riċerka ambjentali fl-Università ta’ Malta sar studju li fih kien ikkonfermat dan il-bżonn, kif spjega Mark Mifsud mill-istess Università.

“Ħafna żgħażagħ qed iħossuhom maqtugħin mill-ambjent fosthom minnħabba d-dinja diġitali, u l-ġenituri tagħhom jaħdmu t-tnejn, allura m’għandhomx ċans jeħduhom fil-kampanja. Jippreferu d-dar”.

Aqra aktar

L-MCAST u l-Aurobindo fi ftehim – igawdu l-istudenti tax-xjenza u oħrajn

L-MCAST u l-Aurobindo iffirmaw ftehim sabiex iwettqu numru ta’ attivitajiet flimkien ghall-istudenti tax-xjenza u ta’ setturi oħra. L-Aurobindo diġa’ toffri numru ta’ oppprtunitajiet ta’ apprentistat lill-istudenti tal-MCAST.
Il-kap eżekuttiv tal-Aurobindo qal li tkabbir ekonomiku li hawn fil-pajjiż qed iwassal biex l-kumpanija tagħmel investiment ta’ għaxar miljun ewro u żżid il-haddiema tagħha, biex minn 120 ruh bħalissa jitilgħu għal 300.

REAT SERJU

Għal liġi Maltija, reat ta’ ħasil ta’ flus huwa meqjus bħal reat serju, fejn saħħansittra jwassal biex persuna tgħaddi ġuri.

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar ħasil ta’ flus meta isem l-Viċi Kap Nazzjonalista tfaċċa’ f’investigazzjoni b’rabta ma’ każ b’xamma kbira ta’ ħasil ta’ flus.

Aqra aktar

L-ebda mediċina out of stock fl-entitajiet kollha tas-saħħa

Waqt żjara li l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, immexxija mid-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit Chris Cardona, għamlet fl-ispiżerija tal-isptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li bħalissa m’hemm l-ebda mediċina li hija out of stock fl-entitajiet kollha tas-saħħa, inkluż fl-iskema tal-POYC, l-isptar Mater Dei u l-isptar San Vinċenz.

Aqra aktar

Send this to a friend