Nicole Buttigieg – Page 78 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Jerġa’ jwiegħed dak li sar

Maqbud fuq sieq waħda wara li wiegħed xi ħaġa li diġa’ saret il-Kap tal-Oppożizzjoni, reġa’ prova jagħti l-impressjoni li se jkun hu li se jħallas lura ż-żieda fuq kirjiet tal-housing li daħlet b’liġi li għamel il-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Kandidati Nazzjonalisti jammettu li pressati: mingħajr proposti u mingħajr evidenza

Li l-Partit Nazzjonalista għadu mingħajr proposti elettorali li jaffetwa l-ħajja tan-nies illum qalha l-kandidat nazzjonalista Ivan Bartolo. Dan qal li n-nies qed isaqsuh meta l-Partit Nazzjonalista se joħroġ bil-proposti tiegħu. 

Ivan Bartolo qal li Simon Busuttil, li fi kliemu erba’ ġimgħat oħra se jkun Prim Ministru, se jmur l-Ewropa b’wiċċu minn quddiem.  Din id-dikjarazzjoni li ghamilha meta Transparency International qalet li l-iskema frodi minn fondi Ewropej li għamel l-Partit Nazzjonalista bil-Membri Parlamentari Ewropej tiegħu li krew uffiċini fid-dar centrali bi flus Ewropej kontra kull regola, għandha tigi investigata mill-OLAF.

Aqra aktar

1,030 ħaddiem b’aktar drittijiet

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabiltà nieda l-politika għas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema li jaħdmu mad-Dipartiment tal-anzjani.

Politika li se tolqot lil 1,030 ħaddiem, li minnhom 730 ħaddiem tal-Gvern u 300 ħaddiem li jaħdmu mal-kuntrattur li huma, fost l-oħrajn, carers, professjonisti u ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar tal-anzjani.

Aqra aktar

Il-‘whistleblower’ “għandha każ kriminali ieħor: akkużi foloz fil-konfront tal-Pulizija”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qed jibbaża l-informazzjoni tiegħu fuq persuna li mhux biss għandha akkużi ta’ frodi iżda saħansitra għandha każ kriminali ieħor: akkużi foloz fil-konfront tal-Pulizija.

Dan ġie żvelat mill-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona u l-Ministru Edward Zammit Lewis f’konferenza mtella’ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Aqra aktar

“Simon Busuttil huwa ddisprat, perikoluż u rresponsabbli”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil qed jibbaża l-politika tiegħu fuq l-ħabiba tiegħu Daphne Caruana Galizia, li hija frodista tal-verità. Fejn biex toħloq storja dwar il-Prim Ministru kellmet whistleblower li qed taffaċċja akkużi kriminali dwar frodi.

Dan qalu d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona waqt konferenza tal-aħbarijiet mtella’ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Hu kompla billi qal li f’dawn l-aħħar għaxart ijiem ġie ffurmat ‘frame up’ dwar l-familja tal-Prim Ministru fejn Busuttil huwa ddisprat, perikoluż u rresponsabbli.

Aqra aktar

Attitudnijiet differenti; min imur bil-provi u min le

Daphne Caruana Galizia rrifjutat li tixhed quddiem il-Maġistrat Inkwirenti.

L-editur maniġerjali tal-maltatoday kiteb li meta hu jallega jmur iressaq il-provi. Xi ħaġa li mhix qed tagħmel Daphne Caruana Galizia, li fl-artiklu tiegħu Balzan qal li din tispara bl-adoċċ.

Kiteb dwar l-attitudni differenti li kien ħa mill-blogger nazzjonalista Daphne Caruna Galizia li ikkopera mal-pulizija meta zvela l-iskandlu taz-zejt .

Balzan qal li fl-stess ġurnata li f’Jannar tal-elfejn u tlettax zvela l-iskandlu ta’ zejt mar mill-ewwel bil-fatti u dokument li kellu f’idejh għand l-assistent kummissarju Michael Cassar biex tibda l-investigazzjoni.

Għal kuntrarju Saviour Balzan qal li Caruana Galizia tispara mingħajr ma tipprova evidenza  u tagħmel l-ħsara.

Zied li huwa dritt tal-qarrej li meta jaqraw aħbar din tkun kredibbli u pruvata b’evidenza.

Aqra aktar

Se joħorġu bonds b’rati vantaġġjużi għall-pensjonanti

Fis-sajf li ġej il Gvern se joħroġ bonds b’rati vantaġġjużi għall-pensjonanti. Aħbar li niżlet tajjeb mal-pensjonanti, li issa qed jaraw żieda fil-pensjonijiet u traħħis fil-kontijiet tal-enerġija. L-isfida tal-Gvern tibqa’ li t-tkabbir ekonomiku jilħaq lis-saffi kollha tas-soċjetà. Infatti bħalissa l-Gvern qed jaħdem biex jindirizza inġustizzji, bħal per eżempju dawk tal-Korpi.

Aqra aktar

Il-Bank tal-Iżvilupp: għaliex daqshekk importanti?

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu mat-twaqqif tal-Bank Malti tal-izvilupp. Wegħda elettorali ta’ dan il-gvern, sabiex il-bank jgħin proġetti li jistgħu jkunu kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjizna.

It-tmexxija tal-bank tal-izvilupp se tkun awtonoma u indipendenti mill-Gvern. Filfatt il-Gvern se jikkonsulta mal-Oppożizzjoni sabiex tintgħazel it-tmexxija tal-Bank.

Imma dan il-bank, għaliex huwa daqshekk importanti? X’differenza se jagħmel għall-pajjiż u kif inhu differenti minn  banek oħra? Tkellimna mad-Deputat Prim Ministru, Louis Grech.

Aqra aktar

Tkompli n-negattività ta’ Busuttil; jgħid li dan il-Gvern m’għamel xejn ġdid

Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mar fil-każin Nazzjonalista tal-Qrendi sabiex ikompli bi dagħdigħa negattiva u l-kampanja ta’ biżà.

Waqt li indirizza lill-partitarji Nazzjonalisti, Busuttil qal li dan il-Gvern m’għamel ebda proġetti f’erba’ snin u qal li l-proġetti li ghamel dan il-Gvern saru grazzi għall-Partit Nazzjonalista.

Semma l-proġett ta’ Triq Diċembru tlettax fil-Marsa, proġett li tħalla fi stat ta’ abbandun taħt Gvern Nazzjonalista u kieku ma kienx għal dan il-Gvern, konna se nitilfu fondi Ewropej minħabba l-PN.

Semma wkoll l-interconnector u qal li hu grazzi għal PN li raħsu l-kontijiet.

Spikkaw id-dikjarazzjonijiet ta’ Kandidati Nazzjonalisti bħal Doris Borg u Charles Bonello, l-eks Assistant tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li appella lill-partitarji Nazzjonalista biex jivvutaw għall-PN sabiex isalvaw lill-pajjiżna mir-rovina li skontu għamel minn pajjiżna dan il-Gvern.

Aqra aktar

Send this to a friend