Nicole Buttigieg – Page 77 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Il-Pulse għall-elezzjoni tal-KSU

L-Għaqda Studenteska Pulse se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji.

Dan tħabbar mill-President tal-Pulse JohnLuke Ellul ftit tal-ħin ilu f’attività soċjali li kellhom għall-istudenti. Attività li mmarkat il-21 sena mit-twaqqif tal-Pulse.

Il-Pulse se tkun qed terġa’ tikkontesta l-elezzjoni tal-KSU wara nuqqas ta’ sentejn.Aqra aktar

Żewġ miljun u nofs xitla fis-sena

Lejlet l-istaġun tar-rebbiegħa, tinsab fl-aqwa tagħha l-ħidma mill-ħaddiema tal-Environmental Landscapes Consortium fil-fabbrika tagħhom f’Ħ’Attard li fiha jipproduċi madwar żewġ miljun u nofs xitla fis-sena.

Ix-xtieli u fjuri li jiżirigħu fis-serer tagħhom isebbħu bosta postijiet pubbliċi fil-gżejjer Maltin fosthom toroq ewlenin, roundabouts u ġonna pubbliċi.

Iċ-Chairman tal-ELC Peter Calamatta spjega l-ħidma tal-ELC fis-serer tagħhom f’Wied Inċita sabiex f’Malta ikollna ambjent isbaħ matul is-sena kollha.

Aħna nippruvaw nagħmlu 4 bidliet fis-sena kull post. Namlu fjuriet tal-istaġun. U dan kollu trid tibda taħseb għalih minn sena qabel.

F’ġurnata mill-isbaħ fil-ġonna ta’ San Anton, is-Sur Calamatta li waqgħetlu żokortu f’dan ix-xogħol, spjega li matul l-aħħar sena n-nofs il-ġnien ta’ San Anton imtela biċ-Ċiniraria.

Huwa qal li fl-imgħoddi din il-pjanta kienet popolari ħafna fil-ġonna tal-qedem, izda maz-zmien ma baqgħetx daqstant popolari.

Jum qabel li jibda l-istaġun tar-Rebbiegħa, Peter Calamatta fisser kif ir-rebbiegħa huwa staġun li jagħti opportunita sabiex joħroġ is-sabiħ u natura.

Żmien ideali sabiex wieħed imur qalb il-kampanja jew f’xi ġnien u jitpaxxa bin-natura maltija.

Rebbiegħa żmien sabih. Juri is-sabiħ ta’ xogħlna jiżvilupp fin-natura, kuluri u serħan il-moħħ.

Is-17-il edizzjoni tal-festival tal-logħob tan-nar

Il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar għal din is-sena se jerġa’ jittella’ fuq tliet serati, bl-ewwel waħda se ddawwal is-smewwiet fuq il-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-ftuħ tas-sbatax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar bit-tema Fejn in-Nar u l-Kultura jiltaqgħu flimkien, se jsir f’Għawdex is-Sibt fil-wieħed u għoxrin ta’ April bis-sehem tal-kamra tan-nar Phoenix Fireworks mir-Renju Unit u Rozzi Fireworks mill-Istati Uniti.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet din hija opportunità oħra sabiex aktar turisti jżuru lil Għawdex.

Aqra aktar

Investiment ta’ €60,000 fil-pixxina tan-Neptunes

Il-Pixxina tan-Neptunes Waterpolo Club għal sitt xhur fis-sena se tkun qed tissaħħan.

Dan grazzi għall-ftehim bejn Sports Malta u Neptunes club. Bi Sports Malta se tkun qed tinvesti sittin elf ewro sabiex għal spejjeż biex tkun tista tisaħħan il-pixxina.

Il-pixxina se tissaħħan bejn Ottubru u Diċembru u Marzu u Mejju. Il-President tan-Neptunes Waterpolo Club Matthew Bonello esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim.

Aqra aktar

Is-suq tal-kannabis jiswa €35.7 biljun

ll-Kannabis Mediċinali fis-suq ewropej, huwa l-ikbar suq fid-dinja li jammonta għal aktar minn ħamsa u tlettin biljun ewro kull sena.

Rapport tal-aġenzija Ewropea tal-Mediċini tkellem fl-isfond li pajjiżna se jilleġiżla dwar il-kannabis mediċinali u semma kif diġa hemm kumpaniji fosthom waħda Kanadiża li nteressata tinvesti f’Malta.Aqra aktar

Taħriġ f’Malta mill-membri tat-tifi tan-nar

Għoxrin membru mis-servizz tat-tifi tan-nar tal-Ghana jinsabu f’pajjizna għal taħriġ intensiv mal-membri tal-protezzjoni ċivili.  Din hija l-ewwel darba li l-protezzjoni ċivili ta’ Malta qegħda tagħti taħriġ lill-membri tal-Ghana. It-taħriġ beda matul din il-ġimgħa u mistenni jiġi fit-tmiemu nhar it-Tnejn.Aqra aktar

Send this to a friend