Nicole Buttigieg – Page 75 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Il-Front Kontra ċ-Ċensura jidħol fid-dibattitu dwar il-liġi tal-midja

F’konferenza tal-aħbarijiet Front Kontra ċ-Ċensura qalu li jinsabu kuntenti li l-Gvern qed jisma’ s-suġġeriment ta’ kulħadd dwar il-liġi tal-midja.

Il-Front innota b’sodisfazzjon li se jkun qed jitneħħa libell li ddeskrivewh bħala oxxen, fejn wieħed mill-vittmi ta’ dan il-libell kien Mark Camilleri, dan wara li kienu tellawh il-Qorti minħabba gazzetta li kien ippubblika fl-Università ta’ Malta.
Aqra aktar

Il-Prim Ministru jibda ż-żjarat f’sitt pajjiżi Ewropej

Illum il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ tlett ijiem f’sitt pajjiżi Ewropej differenti bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea .

Fil-jum tat-Tlieta l-ewwel impenji tal-Prim Ministru se jkunu fi Stokkolma fejn se jiltaqgħa mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Lovren. Fi Stokkolma l-Prim Ministru mistenni jkollu laqgħa mal-Partit Soċjali Demokratiku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.

Aqra aktar

Issa b’app li tgħinek timmaniġġja l-iskart

‘Don’t Waste Waste’. Mobile app li ġiet imnedija bħala parti mill-kampanja tal-immaniġġjar tal-iskart.

Il-kampanja edukattiva u din il-mobile app se jkunu qed ikomplu jgħinu biex jitwassal il-messaġġ dwar l-immaniġġjar tal-iskart u titqajjem kuxjenza biex innaqsu l-iskart u biex dan jiġi rriċiklat.

Aqra aktar

Splużjonijiet karozzi – għada l-Kabinett jiddiskuti

Il-Kabinett għada se jkun qed jiddiskuti x’għajnuna tista’ tingħata lill-Korp tal-Pulizija b’rabta mal-każijiet tal-isplużjonijiet ta’ karozzi. Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela f’konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għall-isplużjoni li seħħet dalgħodu fl-Imsida.

Il-kabinett se jiddiskuti ukoll pieni aktar ħorox għal min iwettaq dawn l-atti meta l-akkużati jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Aqra aktar

Aktar ilħna għar-riżenja ta’ Bezzina

Aktar persuni qed jappellaw biex id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, iħallas għal għemilu u jerfa’ responsabilità politika.

Fuq ONE WEEK, l-opinjonista Jes Saliba qal li Bezzina għandu jirriżenja.

Saliba ukoll innota l-ipokrezija politika tal-Partit Nazzjonalista fejn Bezzina applika għall-villa bi swimming pool fuq art ODZ meta kien wieħed mill-awturi tad-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-ambjent.

Aqra aktar

Investiment ta’ €100,000 fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta

Dalgħodu tħabbar proġett ta’ tisbiħ u riabilitazzjoni fil-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta. Proġett li se jsir kif kien imħabbar fil-Baġit, b’investiment ta’ ftit aktar minn €100,000 fejn l-għan hu li jinżamm fl-istat naturali tiegħu.

Waqt dawra mal-ġnien spikkat it-telqa u l-istat ta’ abbandun li jinsab fih dan il-ġnien. Ħitani li ġew imwaqqa’ se jitranġaw u minflok is-siġar imneħħija li kienu mejta se jinżraw siġar taż-żebbuġ.

Aqra aktar

Magħżul il-konsorzju għall-pjazza ta’ Raħal Ġdid

Intgħazel il-konsorzju għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza ta’ Raħal Ġdid. Dan wara proċess ta’ tendering fejn b’kollox tefgħu l-offerta tagħhom tmien kuntratturi.

Dawn id-dettalji ingħataw mic-chairman tal-kunsill konsultattiv għan-nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis li spjega li hekk kif jgħaddi l-perjodi għall-appelli, ix-xogħol fil-pjazza tar-Raħal Ġdid jibda minnufih. Bil-kuntrattur irid ilesti x-xogħlijiet fi zmien sena u tliet xhur inkella jibda jeħel il-multi. 
Aqra aktar

Taħlita ta’ ideat dwar Trump u Brexit

Dak li seħħ fir-Renju Unit bl-għażla favur Brexit, l-għażla favur Donald Trump fl-Istati Uniti u l-populiżmu fl-Unjoni Ewropea kienu t-temi ċentrali f’dibattitu organizzat mill-Fondazzjoni Ideat.

Il-ħsibijiet kienu diversi u għalkemm l-immigrazzjoni dejjem tissemma bħala waħda mir-raġunijiet għal dawn ir-riżultati, l-akkademiku Norbert Bugeja tenna li hemm fatturi oħra. Fost oraħjn il-but taċ-ċittadin, li dejjem ikollu impatt.

Aqra aktar

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista protagonist mill-ġdid – jilqa’ n-nisa tal-Partit Soċjalista

Il-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew immexxija mill-President Zita Gurmai qed ilaqqgħu l-eżekuttiv tagħhom hawn Malta għall-ewwel darba.  Il-laqgħa saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u kienet indirizzata mill-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin, trawmet attitudni fejn aktar nisa jkunu fit-tmexxija.Għat-tieni darba, għandna President mara u anke f’entitajiet oħra hemm nisa fit-tmexxija. Fakkar fil-miżura tac-childcare u qal li dawk li kritikawha qalu li tiswa l-flus. Dan ma qatax qalb dan il-Gvern, u l-miżura sarrfet f’riżultati sinnifikanti.

Aqra aktar

Send this to a friend