Nicole Buttigieg – Page 72 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Żvelati d-deputati li lesti jisfiduċjaw lil Delia

Żvelati is-sbatax-il deputat Nazzjonalista li lesti jisfiduċjaw lill-Kap Adrian Delia.

L-ismijiet tad-deputati huma miktuba fuq karta li saħansitra waslet għand Adrian Delia u waslet ukoll għand il-gazzetta KullĦadd.

Il-gazzetta Kullħadd żvelat kif id-deputati li lesti jisfiduċjaw lil Delia huma Karol Aquilina, Frederick Azzopardi, Jason Azzopardi, Ivan Bartolo, Simon Busuttil, Ryan Callus, Therese Comodini Cachia, Maria Deguara, Beppe Fenech Adami, Karl Gouder, Claudio Grech, Marthese Portelli, Chris Said, David Stellini u Edwin Vassallo.

Dawn huma lkoll deputati li jew fil-miftuħ m’appoġġjawx lil Delia jew saħansitra, erbgħa minnhom, sabtulu l-bieb f’wiċċu meta ġie biex jitlob siġġu biex ikun jista’ jidħol fil-Parlament.

Aqra aktar

Il-Malta Innovation Summit f’pajjiżna

Persuni li jaħdmu fil-qasam tal-innovazzjonali kemm lokali kif ukoll internazzjonali inġabru f’pajjizna għal Malta Innovation Summit. Summit li ddiskuta l-isfidi u l-futur tas-settur.

Il-Malta Innovation Summit ttella’ mill-kumpanija NetRefer, kumpanija li fetħet f’pajjiżna fl-2005.

Timothy Buttigieg, Chief Operating Officer ta’ Netrefer spjega kif il-kumpanija għandha mal-mitt klijent internazzjonali kemm fil-qasam tat-teknologija, innovazzjoni u iGaming.

Il-kumpanija Netrefer tipprovdi software lill-kumpaniji tal-iGaming.

Buttigieg kellu kliem pożittiv għal kif is-settur tal-Gaming qed jikber f’pajjizna u aktar kumpaniji qed jagħzlu li minħabba l-qagħda ekonomika ta’ pajjizna jiftħu kumpanija tal-gaming f’Malta.

B’aktar xogħol fis-settur illum il-ġurnata l-kumpanija timpjega mat-tmenin impjegat. Iżda sa tmien snin ilu, kienu biss ħmistax-il impjegat jaħdmu fi ħdan il-kumpanija.

Waqt li kien qed jindirizza l-ewwel summit iddedikat għall-innovazzjoni organizzat, għall-ewwel darba, mill-kumpanija NetRefer, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri spjega kif fil-budget tas-sena d-dieħla, il-Gvern alloka żewġ miljuni u mitejn elf ewro għar-riċerka u l-innovazzjoni. Silvio Schembri spjega li l-fondi huma mmirati biex jgħinu lil riċerkaturi, start-ups u konsorzji fi proġetti marbuta ma’ riċerka u innovazzjoni, xi ħaġa li se tgħin għal iżjed opportunitajiet fin-negozju u l-ħolqien t’iżjed impjiegi f’pajjiżna.

‘Konna innovattivi diġà għaliex sirna l-ewwel pajjiż fid-dinja li beda juża t-teknoloġija blockchain u dan billi ċ-ċertifikati edukattivi tal-istudenti jkunu diġitalizzati permezz ta’ din it-teknoloġija’, qal Silvio Schembri filwaqt li żied li Gvern qed iħares li jħaddan din it-teknoloġija, dan permezz t’investiment f’laboratorju nazzjonali ddedikat għat-teknoloġija blockchain, fi programmi ta’ taħriġ għall-ħaddiema fis-settur pubbliku sabiex jiffamiljarizzaw ma’ din it-teknoloġija, kif ukoll li pajjiżna jkollu post iddedikat għall-blockchain biex jgħin lil start-ups jużaw din it-teknoloġija.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ NetRefer, Raphael Arnold, spjega li l-għan ta’ The Malta Innovation Summit hu li joffri pjattaforma ideali sabiex jixpruna l-innovazzjoni fuq livell lokali u internazzjonali, kif ukoll biex dawk kollha involuti f’dan il-qasam ikollhom iċ-ċans biex taħt saqaf wieħed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, ideat, proċessi, u l-aqwa prattiċi. Il-Kap Eżekuttiv ta’ NetRefer spjega li l-idea tas-summit ħarġet mill-entużjażmu tal-ħaddiema stess fi ħdan il-kumpanija u li għandhom għal qalbhom l-innovazzjoni.

The Malta Innovation Summit hija l-ewwel konferenza tax-xorta tagħha f’pajjiżna mmirata li tixpruna l-innovazzjoni. Is-summit kien indirizzat minn għadd ta’ kelliema fosthom il-Professur Edward de Bono li qasam il-viżjoni tiegħu ta’ kif Malta tista’ tkun iċ-ċentru għall-innovazzjoni fuq livell internazzjonali.

Jigradwaw 260 uffiċjal pubbliku

Mitejn u sittin uffiċjal pubbliku temmew b’suċċess korsijiet li ġew offruti lilhom mill-Istitut għas-Servizzi pubbliċi li se jsaħħulhom il-kapaċitajiet amministrattivi u maniġerjali tagħhom.

Il-Korsijiet li huma rikonoxxuti minn istituzzjonijiet edukattivi u t-tagħlim li kisbu qed juzawh fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum.

L-Istitut jipprovdi taħriġ lill-uffiċjali pubbliċi bi sbuħija mal-Università ta’ Malta u mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija.

Wieħed mill-korsijiet li fih gradwaw mal-mija sitta u ħamsin uffiċjal pubbliku, kien dak fil-qasam r-regolamenti ta’ xiri pubbliku. Il-kors l-ieħor kien dak dwar l-Public Management Toolkit, li fih gradwaw mal-mija u erbgħa uffiċjal pubbliku.

Il-korsijiet huma rikonoxxuti minn istituzzjonijiet edukattivi. Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, l-uffiċjali pubbliċi kienu sodisfatti li bit-taħriġ li ngħataw mhux biss tejbu l-ħiliet tagħhom, imma l-għarfien li kisbu qed juzawh fil-prattika fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum.

L-Istitut għas-servizzi pubbliċi li twaqqaf is-sena li għaddiet, qed joffri t-taħriġ ukoll lil tlett elf seba mija elf erba u sittin persuna li jaħdmu mal-gvern. Istitut li qed ikompli jsaħħaħ fuq it-taħriġ li kienu jingħataw qabel l-uffiċjali pubbliċi.

Il-Kap taċ-Ċivili Mario Cutajar tkellem ukoll dwar l-importanza li l-Gvern ikompli jinvesti fil-ħaddiema tiegħu.

Reenactment fl-okkażjoni tal-75 sena mill-Konvoj ta’ Santa Marija

Mal-mitt elf persuna jżuru l-Lascaris War Rooms fis-sena. Wieħed mill-erbgħa u għoxrin siti l-aktar popolari li għandha l-fondazzjoni Wirt Artna.

Dan ix-shelter jinsab fil-Belt Valletta u jieħu lura lill-pubbliku fi żmien il-gwerra.

Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali hija l-“Fighter operation room”. Din kienet tintuża tul l-aħħar gwerra dinjija biex tikkordina difiża tal-ajru fi żmien it-tieni gwerra dinjija meta Malta kienet tkun attakkata mill-ajru.

Aqra aktar

Diskuss l-irwol tal-Kunsilli Lokali

Sar studju dwar il-vijabilità ta’ ċentri reġjonali mħaddma mir-reġjuni lokali li kien ippreżentat lill-gvern.

Dan irriżulta f’laqgħa li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsill Lokali, Silvio Parnis, kellu mal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali fejn kien ikkonfermat li r-reġjun tax-xlokk ressaq dan l-istudju fuq proġett maħsub bl-isem ta’ reach out.

Il-ħsieb nibet mill-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali li ħarġet bl-idea li f’kull wieħed mir-reġjuni li hu mqassam fihom pajjiżna jkun hemm ċentru ta’ dan it-tip.

Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, spjega l-effett li jħallu f’ħajjet ir-residenti ċentri bħal dawn jekk kemm-il darba jsiru.

Aqra aktar

“Dan il-Gvern qed jaħdem biex ikollna pajjiż li huwa lest għall-futur”

“Il-Gvern kompla jimplimenta, pjan ċar li beda fil-leġislatura li għaddiet sabiex nkomplu nimmodernizaw l-pajjiż u issa nippreparaw lill-pajjiżna għall-futur.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxejn Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq One Radio fejn kompla jispjega l-viżjoni tiegħu biex ikollna pajjiż li huwa lest għall-futur.

Ħidma li fost l-oħrajn hija ffukata sabiex l-infrastruttura sservina mhux biss għal-lum u għal għada imma għas-snin li ġejjin.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar b’sit elettroniku ġdid

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tippjana li nofs il-ħaddiema minn tliet mija tmienja u erbgħin impjegat tagħha, jibdew jaħdmu minn djarhom.

Pass li jista’ jsir hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar nediet sit elettroniku ġdid, li fost l-oħrajn jagħti faċilità lill-ħaddiema jaħdmu minn fuq is-sit fil-kumdità ta’ djarhom.

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal li sa issa diġà hemm għoxrin impjegat li qed jaħdmu bl-iskema tat-teleworking . Filwaqt li ssaħħaħ l-impenn tal-awtorità li tkun aktar flessibli mal-impjegati tagħha.

Aqra aktar

Proċess ta’ konsultazzoni dwar postijiet li jiġu ‘dominju pubbliku’

L-Awtorita tal-Ippjanar għaddejja bi proċess ta’ konsultazzjoni sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkollna siti li jiġu meqjusa bħala dominju pubbliku .

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg spjega li l-Awtorità qed tilqa’ diversi suġġerimenti mingħand il-pubbliku dwar is-siti proposti u qed jiġi indirizzat t-tħassib tal-pubbliku f’ċerti każi.Aqra aktar

Send this to a friend